Agħmel differenza għall-Ewropa
Għadek kemm iggradwajt? Tixtieq tibda karriera eċċitanti ġdida? Bħalissa l-istituzzjonijiet tal-UE qed jirreklutaw gradwati ġodda dinamiċi u ddedikati biex jimlew aktar minn 100 rwol ġdid ta’ amministraturi gradwati ġodda. Ir-rwol joffri l-punt ta’ tluq perfett għal karriera stimulanti u varjata fejn se jkollok l-opportunità taħdem fuq kwistjonijiet attwali u fejn verament tagħmel differenza għall-Ewropa. Trid tkun intelliġenti, motivat u multilingwi u ħerqan biex tibda ħajja ġdida fl-ibliet vibranti ta’ Brussell jew il-Lussemburgu. Se taħdem f’ambjent tax-xogħol b’ritmu mgħaġġel, imdawwar minn kollegi multinazzjonali u se tiġi offrut ħafna opportunitajiet ta’ taħriġ biex ittejjeb il-ħiliet professjonali tiegħek. Titlifx din l-opportunità ta’ karriera mill-aqwa – ir-reġistrazzjoni tiftaħ fit-30 ta’ Marzu 2017.

Tgħodd għalik?
Qabel ma tapplika, nixtiquk taħsibha sew jekk karriera fl-UE hijiex l-għażla t-tajba għalik. Bħala indikazzjoni, fl-2015 applikaw aktar minn 31000 kandidat iżda inqas minn 5% ġew mistiedna għat-tieni stadju. Il-proċess ta’ selezzjoni huwa kompetittiv ħafna, peress li hemm biss madwar 124 post fil-lista ta’ riżerva. Kun af li mhuwiex biżżejjed li tikseb il-minimu meħtieġ fit-testijiet. Ikunu biss dawk li jmorru tajjeb ħafna li jgħaddu għall-istadju li jmiss fil-proċedura ta' selezzjoni. “Karriera fl-UE, Karriera Għalija?” huwa kwestjonarju u test ta’ awtovalutazzjoni li jagħtik idea realistika jekk intix se tilħaq l-istandards għoljin meħtieġa biex tgħaddi.
Ħarsa ġenerali lejn l-Amministraturi Gradwati 2017






Jekk jogħġbok innota li l-proċess tal-applikazzjoni huwa ftit differenti din is-sena. L-informazzjoni, id-dettalji u l-FAQs kollha jinsabu hawn.