Il-kompetizzjoni tal-2017 tas-Segretarji u tal-Iskrivani issa tinsab miftuħa!

Paġna ewlenija > Il-kompetizzjoni tal-2017 tas-Segretarji u tal-Iskrivani issa tinsab miftuħa!

Qed tfittex karriera segretarjali b’differenza? L-istituzzjonijiet tal-UE qegħdin jirreklutaw persunal segretarjali u klerikali motivat ħafna biex jimlew aktar minn 300 rwol fi Brussell jew il-Lussemburgu. Din hi opportunità kbira biex tissieħeb f’ambjent ta’ xogħol b’ritmu mgħaġġel u multilingwi, f’dipartimenti fi kwalunkwe Istituzzjoni Ewropea li tippreżentalek okkażjonijiet numerużi biex tavvanza u tiżviluppa matul il-karriera tiegħek.

Jekk tqis lilek innifsek adattabbli għax-xogħol kemm b’mod awtonomu kif ukoll f’tim li jwettaq firxa wiesgħa ta’ rwoli – minn amministrazzjoni ġenerali għal komunikazzjoni jew finanzi, mela din hi l-opportunità għalik! L-applikazzjonijiet jiftħu fid-9 ta’ Novembru 2017.

Persuni bilqiegħda madwar mejda.

Għandek dak li hu meħtieġ?

Qabel ma tapplika, għandek taħseb bir-reqqa dwar jekk karriera tal-UE hix l-għażla t-tajba għalik. Il-proċess ta’ selezzjoni hu kompetittiv ħafna u mhux biżżejjed li tikseb biss il-marki minimi meħtieġa għat-testijiet. Huma biss dawk li jiksbu l-ogħla marki li jgħaddu għall-fażi li jmiss tal-proċedura ta’ selezzjoni. Il-"Karriera mal-UE, il-Karriera Għalija?” hu kwestjonarju u test ta’ awtovalutazzjoni li jagħtik idea realistika jekk intix se tilħaq l-istandards għoljin meħtieġa biex tgħaddi.

 

Ħarsa ġenerali ta’ Segretarji/Skrivani 2017



Applikazzjoni

PARTI 1

Ikkonferma l-eliġibbiltà tiegħek; iddikjara l-lingwi tal-UE kollha tiegħek

Applikazzjoni

PARTI 2

Agħżel il-lingwa 1 u 2 tiegħek, imla l-formola ta’ applikazzjoni

Testijiet fuq il-kompjuter (CBT)

Testijiet ta’ raġunament (b’lingwa 1) u ħiliet professjonali (b’lingwa 2), f’ċentri tat-testijiet madwar id-dinja

Fażi ta' evalwazzjoni

E-tray, intervista, żewġ testijiet speċifiċi għall-qasam B’Lingwa 2 fi Brussell

Lista ta’ riżerva

Lista 333 bil-kandidati li rnexxew

 

Jekk jogħġbok innota li l-proċess ta’ applikazzjoni għall-AST-SC ivarja xi ftit din is-sena. L-informazzjoni u d-dettalji kollha ssibhom permezz tal-links hawn taħt. Il-FAQs huma disponibbli hawnhekk.

Ibda bil-grad AST-SC1

Ibda bil-grad AST-SC2