Uxxiera parlamentari

Home > Uxxiera parlamentari

Għandek l-esperjenza fl-applikazzjoni tar-regoli tal-protokoll fil-prattika? Taħdem b’faċilità ma’ gruppi differenti bħal MEPs, kummissarji tal-UE, viżitaturi tal-istituzzjonijiet u uffiċjali tal-UE? L-Unjoni Ewropea bħalissa qed tfittex uxxiera parlamentari (grupp ta’ funzjoni AST-SC) biex jaħdmu prinċipalment fil-Parlament Ewropew.

Il-kompiti jinkludu l-assistenza lill-Membri tal-Parlament Ewropew u dinjitarji oħra matul is-sessjonijiet plenarji, il-laqgħat tal-korpi parlamentari, u diversi avvenimenti fil-bini tal-Parlament Ewropew. L-uxxiera huma responsabbli b’mod predominanti għall-preparazzjoni prattika tal-kmamar tal-laqgħat, u jilqgħu u jakkumpanjaw viżitaturi ta’ livell għoli, jipprovdu informazzjoni lill-viżitaturi kif ukoll iwettqu kompiti amministrattivi. Id-dmirijiet jeħtieġu flessibbiltà f’termini ta’ sigħat ta’ xogħol u l-ħila li jivvjaġġaw għat-tliet postijiet tax-xogħol regolari tal-Parlament: Brussell, Lussemburgu u Strasburgu, kif ukoll xi mkien ieħor.

Bħala impjegatur, l-Istituzzjonijiet u l-Aġenziji tal-UE joffru komunità ta’ għarfien espert b’firxa wiesgħa ta’ opportunitajiet biex twessa’ t-tagħlim, ittejjeb il-ħiliet u tiżviluppa l-karriera tiegħek. Ir-rispett għad-diversità kulturali u l-promozzjoni ta’ opportunitajiet indaqs huma prinċipji fundamentali tal-UE u l-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal jagħmel minn kollox biex japplika opportunitajiet, trattament u aċċess ugwali lill-kandidati kollha. Tista’ ssib aktar informazzjoni dwar il-politika tagħna ta’ opportunitajiet indaqs u kif għandek tagħmel biex titlob aġġustamenti speċjali għall-eżamijiet ta’ selezzjoni fil-paġna ddedikata tagħna.

Titlifx din l-opportunità kbira ta’ karriera – il-perjodu ta’ applikazzjoni jiftaħ fil-11 ta’ Lulju!

 

Għandek dak li hu meħtieġ biex tapplika?

Trid tkun ċittadin tal-UE u jrid ikollok għarfien tal-inqas ta’ 3 lingwi uffiċjali tal-UE, li waħda minnhom trid tkun l-Ingliż jew il-Franċiż.

Barra minn hekk, għandek bżonn diploma tal-edukazzjoni sekondarja, segwita minn tal-inqas 3 snin esperjenza professjonali marbuta b’mod dirett mad-dmirijiet; jew taħriġ professjonali segwit minn tal-inqas 3 snin esperjenza professjonali marbuta b’mod dirett mad-dmirijiet; jew tal-inqas 8 snin esperjenza professjonali marbuta b’mod dirett mad-dmirijiet. Għall-grad ogħla ta’ SC2, ikollok bżonn tal-inqas 4 snin ta’ esperjenza professjonali addizzjonali marbuta b’mod dirett man-natura tal-dmirijiet. 

Għal informazzjoni dettaljata dwar ir-rekwiżiti, jekk jogħġbok aqra l-Avviż tal-Kompetizzjoni ppubblikat fil-11 ta’ Lulju 2019.

 

Ħarsa ġenerali lejn il-proċedura tas-selezzjoni: 

Applikazzjoni

Testijiet fuq il-kompjuter (CBT)

Talent screener

Iċ-Ċentru ta' Valutazzjoni

Lista ta’ riżerva