Skip to main content
Logo tal-Kummissjoni Ewropea

Intervista bbażata fuq il-kompetenza tas-sitwazzjoni (SCBI)

Meta tikklikkja l-buttuna/i hawn taħt, tista’ ssib l-assenjament għall-“Intervista bbażata fuq il-kompetenza tas-sitwazzjoni (SCBI)” li hi parti miċ-Ċentru ta’ evalwazzjoni remot għall-kompetizzjoni(jiet) fir-referenza.

Dan l-assenjament jiddeskrivi s-sitwazzjoni tax-xogħol li għaliha se tirreferi l-Intervista Bbażata fuq il-Kompetenza tas-Sitwazzjoni (SCBI). Nistednuk tikkonsulta u taqra l-assenjament online sabiex tħejji għall-eżerċizzju.

Is-sitwazzjoni deskritta fl-assenjament se tiġi diskussa matul l-intervista u se jiġu inklużi wkoll sitwazzjonijiet addizzjonali, mhux ibbażati fuq l-assenjament.

Fil-jum tal-intervista tiegħek, tista’ tikkonsulta n-noti mħejjija minn qabel matul l-intervista tiegħek. Madankollu, ma tistax tirrekordja l-intervista tiegħek jew tieħu aktar noti. Barra minn hekk, jekk jogħġbok innota li mhux se jkun hemm ħin ta’ tħejjija fil-jum tal-intervista.

L-SCBI ssir mill-bogħod bl-użu ta’ għodda tal-videokonferenza. 

Għad-dettalji dwar it-testijiet kollha inklużi fi proċedura ta’ selezzjoni speċifika, jekk jogħġbok ara l-Avviż tal-Kompetizzjoni jew is-Sejħa għal Espressjoni ta’ Interess rilevanti.

Referenza: 
EPSO/AD/398/22 - 1, EPSO/AD/398/22 - 2, EPSO/AD/398/22 - 3, EPSO/AD/398/22 - 4, EPSO/AD/398/22 - 5