Skip to main content

Komunikazzjoni

L-esperti tal-komunikazzjoni għandhom rwol kruċjali biex jgħaqqdu l-Unjoni Ewropea maċ-ċittadini.

Dawn jgħinu lill-istituzzjonijiet biex ikunu trasparenti dwar l-attivitajiet tagħhom billi jwieġbu mistoqsijiet tal-media dwar id-deċiżjonijiet tal-UE, jinfurmaw lill-pubbliku dwar il-politiki tal-UE, jimplimentaw strateġiji ta’ sensibilizzazzjoni interni u esterni, fost attivitajiet oħra.

Uffiċjal tal-Komunikazzjoni

Deskrizzjoni tal-Impjieg

L-uffiċjali tal-komunikazzjoni jkopru varjetà kbira ta’ kompiti li jinkludu: jabbozzaw stqarrijiet għall-istampa, rapporti u dokumenti oħra; jorganizzaw u jagħtu konferenzi stampa; joħolqu u jimplimentaw strateġiji ta’ komunikazzjoni u kampanji; jistabbilixxu relazzjonijiet mal-istampa; iżommu preżenza tal-UE fil-media kollha; jimmonitorjaw ir-rappurtaġġ fil-media tal-istituzzjonijiet; jimmaniġġjaw il-komunikazzjoni strateġika u ta’ kriżi, fost oħrajn.
 
Kwalifiki ewlenin

Irid ikollok ħakma tajba ta’ mill-anqas żewġ lingwi tal-UE, lawrja f’dixxiplina relatata biex tidħol fil-grad AD 5 (il-livell tad-dħul għall-uffiċjali fil-livell amministrattiv) kif ukoll diversi snin ta’ esperjenza rilevanti biex tissieħeb f’livell ogħla (grad AD 6/AD 7). Il-kwalifiki ewlenin jistgħu jvarjaw allura ċċekkja dejjem ir-rekwiżiti speċifiċi kull darba li tiġi ppubblikata proċedura ta’ selezzjoni.

Tgħallem aktar dwar il-proċeduri ta’ selezzjoni u dwar il-kategoriji differenti tal-istaff.

Tista’ ssib wkoll disponibbli opportunitajiet ta' xogħol jew tikkonsulta l-paġna tagħna tat-traineeships.

Assistent tal-komunikazzjoni

Deskrizzjoni tal-impjieg

L-Assistenti tal-Komunikazzjoni jipprovdu appoġġ f’varjetà ta’ rwoli bħall-ħolqien u ż-żamma ta’ kuntatti mal-media u l-implimentazzjoni ta’ kampanji ta’ komunikazzjoni.

Fir-rwol tagħhom, l-assistenti ta’ komunikazzjoni għandhom mnejn jimmaniġġjaw il-kuntatti mal-istampa, il-media u l-pubbliku. Dawn jgħinu fl-abbozzar, fir-reviżjoni u fit-tħejjija tad-dokumenti għall-pubblikazzjoni; jorganizzaw avvenimenti; iħejju dokumenti ta’ informazzjoni, pubblikazzjonijiet, fuljetti u prodotti awdjoviżivi; jimmaniġġjaw is-siti web u l-media soċjali; janalizzaw l-impatt tal-attivitajiet ta’ komunikazzjoni.
 
Kwalifiki ewlenin

Irid ikollok ħakma tajba ta’ mill-anqas żewġ lingwi tal-UE, edukazzjoni post-sekondarja f’dixxiplina rilevanti u ftit snin ta’ esperjenza professjonali xierqa, jew edukazzjoni sekondarja u diversi snin ta’ esperjenza professjonali. Il-kwalifiki ewlenin jistgħu jvarjaw allura ċċekkja dejjem ir-rekwiżiti speċifiċi kull darba li tiġi ppubblikata proċedura ta’ selezzjoni.

Tgħallem aktar dwar il-proċeduri ta’ selezzjoni u dwar il-kategoriji differenti tal-istaff.

Tista’ ssib wkoll disponibbli opportunitajiet ta' xogħol jew tikkonsulta l-paġna tagħna tat-traineeships.