Skip to main content
Logo tal-Kummissjoni Ewropea

L-Ekonomija, il-Finanzi u l-Istatistika

L-ekonomisti, il-managers finanzjarji u l-istatistiċi għandhom rwol ċentrali fl-għoti ta’ pariri lil dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet dwar kif jistgħu jittejbu l-istandards tal-għajxien fl-Unjoni Ewropea. 

Bl-għarfien espert tagħhom, huma jgħinu biex jippromwovu l-ħolqien tal-impjiegi u l-prosperità ekonomika. Dawn irawmu t-tkabbir fl-UE kollha billi jivvalutaw ix-xejriet ekonomiċi, jipproponu soluzzjonijiet għall-kriżi u jappoġġjaw lin-negozji, fost ħafna kompiti oħra.

Ekonomista

Deskrizzjoni tal-impjieg

L-ekonomisti jikkontribwixxu għat-tisħiħ tal-kundizzjonijiet soċjali u ekonomiċi taċ-ċittadini tal-UE. Dawn jgħinu biex imexxu l-ekonomija, jindirizzaw il-kriżijiet finanzjarji u jfasslu strateġiji sodi biex jiffaċċjaw l-isfidi ekonomiċi globali.  

L-ekonomisti jagħtu pariri lil dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet u jipprovdu gwida f’oqsma bħall-istituzzjonijiet u s-swieq finanzjarji, l-integrazzjoni u l-iżvilupp ekonomiku, il-kummerċ pan-Ewropew, il-finanzi pubbliċi, ir-riformi strutturali u l-munita unika. 

Kwalifiki ewlenin

Għandu jkollok għarfien tajjeb tal-anqas ta' 2 lingwi tal-UE, lawrja f’dixxiplina relatata għad-dħul fil-Grad AD 5 (il-grad ta’ dħul għall-amministraturi permanenti), u diversi snin ta’ esperjenza rilevanti, biex tingħaqad f’livell aktar għoli (Grad AD 7). Il-kwalifiki ewlenin jistgħu jvarjaw allura ċċekkja dejjem ir-rekwiżiti speċifiċi kull darba li tiġi ppubblikata proċedura ta’ selezzjoni.

Tgħallem aktar dwar il-proċeduri ta’ selezzjoni u dwar il-kategoriji differenti tal-istaff.

Tista’ ssib ukoll disponibbli opportunitajiet ta' xogħol jew tikkonsulta l-paġna tagħna tat-traineeships.

Manager/assistent finanzjarju

Deskrizzjoni tal-impjieg

Il-managers finanzjarji jagħtu pariri lill-uffiċjali għolja fl-ippjanar tal-istrateġiji biex jissodisfaw ir-rekwiżiti ekonomiċi u finanzjarji tal-UE; l-assistenti finanzjarji jgħinuhom u jappoġġjawhom fl-implimentazzjoni ta’ dawn il-kompiti. 

Fir-rwol tagħhom, il-managers finanzjarji jiddefinixxu l-ħtiġijiet finanzjarji u baġitarji tal-UE; iwettqu sorveljanza u analiżi tas-swieq finanzjarji, tas-sistemi bankarji u tas-segmenti tas-suq fl-UE kollha; jabbozzaw u jivvalutaw il-politiki finanzjarji; iħejju rapporti u previżjonijiet finanzjarji; jiddefinixxu l-proċeduri finanzjarji u baġitarji; jassistu fl-awditjar u fl-ispezzjonijiet; jippjanaw u jimmaniġġjaw il-proċeduri tal-akkwist pubbliku, fost kompiti oħra.

Kwalifiki ewlenin

Biex tapplika għal pożizzjoni ta’ Manager Finanzjarju, għandu jkollok għarfien tajjeb tal-anqas ta' 2 lingwi tal-UE, lawrja xierqa għad-dħul fil-Grad AD 5 (il-grad ta’ dħul għall-amministraturi permanenti), u diversi snin ta’ esperjenza rilevanti, biex tingħaqad f’livell aktar għoli (Grad AD 7).

Biex tapplika għal pożizzjoni ta’ Assistent Finanzjarju għandu jkollok għarfien tajjeb tal-anqas ta' 2 lingwi tal-UE u jew edukazzjoni postsekondarja f’dixxiplina rilevanti u tal-anqas ftit snin ta’ esperjenza professjonali, jew edukazzjoni sekondarja u diversi snin ta’ esperjenza professjonali

Il-kwalifiki ewlenin jistgħu jvarjaw allura ċċekkja dejjem ir-rekwiżiti speċifiċi kull darba li tiġi ppubblikata proċedura ta’ selezzjoni.

Tgħallem aktar dwar il-proċeduri ta’ selezzjoni u dwar il-kategoriji differenti tal-istaff.

Tista’ ssib ukoll disponibbli opportunitajiet ta' xogħol jew tikkonsulta l-paġna tagħna tat-traineeships.

Statistiku

Deskrizzjoni tal-impjieg

L-istatistiċi tal-UE jagħtu kontribuzzjoni vitali fit-teħid tad-deċiżjonijiet u l-politiki futuri tal-UE. Il-ħidma tagħhom tiffoka fuq il-ġbir, l-evalwazzjoni u l-interpretazzjoni tad-data li se tgħin fit-tiswir tad-deċiżjonijiet tal-UE dwar l-ekonomija, il-finanzi, is-soċjetà, l-agrikoltura, l-ambjent u ħafna oqsma oħra. 

Id-dmirijiet tagħhom jinkludu t-tfassil u l-implimentazzjoni ta’ programmi statistiċi; id-definizzjoni ta’ metodoloġiji; l-applikazzjoni ta’ mudelli matematiċi; it-twettiq ta’ analiżi kwantitattiva u kwalitattiva; ir-regolamentazzjoni u l-koordinazzjoni tal-attivitajiet statistiċi; l-interpretazzjoni u t-tixrid tad-data; it-twettiq ta’ pjanijiet tal-proġett, fost kompiti oħra. 

Bħala statistiku, tista’ tissieħeb mal-UE jew bħala amministratur jew bħala assistent.

Kwalifiki ewlenin

Għandu jkollok għarfien tajjeb tal-anqas ta' 2 lingwi tal-UE.

Biex tissieħeb bħala amministratur għandu jkollok lawrja f’dixxiplina relatata għad-dħul fil-Grad AD 5 (il-grad ta’ dħul għall-amministraturi permanenti); biex tingħaqad f’livell aktar għoli (Grad AD 7), għandu jkollok diversi snin ta’ esperjenza rilevanti.

Biex tingħaqad bħala assistent, għandu jkollok jew edukazzjoni postsekondarja f’suġġett xieraq u ftit snin ta’ esperjenza professjonali rilevanti, jew edukazzjoni sekondarja u tal-anqas diversi snin ta’ esperjenza professjonali rilevanti

Il-kwalifiki ewlenin jistgħu jvarjaw allura ċċekkja dejjem ir-rekwiżiti speċifiċi kull darba li tiġi ppubblikata proċedura ta’ selezzjoni.

Tgħallem aktar dwar il-proċeduri ta’ selezzjoni u dwar il-kategoriji differenti tal-istaff.

Tista’ ssib ukoll disponibbli opportunitajiet ta' xogħol jew tikkonsulta l-paġna tagħna tat-traineeships.