Skip to main content
Logo tal-Kummissjoni Ewropea

Amministrazzjoni Pubblika Ewropea

Il-ħidma tal-amministraturi pubbliċi tal-UE għandha impatt dirett fuq it-tkabbir u l-benesseri taċ-ċittadini tal-Unjoni Ewropea. 

L-amministraturi pubbliċi tal-UE jikkontribwixxu għat-tiswir ta’ deċiżjonijiet li jkunu ta’ benefiċċju għall-pubbliku. Huma jappoġġjaw mill-qrib lil dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet billi jfasslu politiki dwar l-aspetti kollha tal-ħajja tal-UE, bħall-ġustizzja, is-saħħa, ix-xogħol, in-negozju, it-taxxi, l-IT, fost ħafna oħrajn. 

Uffiċjal tal-politika

Deskrizzjoni tal-impjieg

L-uffiċjali tal-politika jipprovdu gwida u appoġġ lill-uffiċjali għolja fit-tfassil, it-twettiq u l-evalwazzjoni tal-politiki tal-UE f’varjetà kbira ta’ setturi, mill-politika barranija, għad-drittijiet tal-bniedem, ir-riżorsi umani u l-ġestjoni tal-programmi. 

Fir-rwol tagħhom, l-uffiċjali tal-politika jwettqu varjetà ta’ kompiti inkluż il-formulazzjoni ta’ analiżi u soluzzjonijiet; it-tfassil ta’ strateġiji; l-implimentazzjoni ta’ proġetti; il-koordinazzjoni tal-ħidma bejn id-dipartimenti u l-istituzzjonijiet; l-organizzazzjoni ta’ konsultazzjonijiet pubbliċi dwar l-azzjonijiet tal-UE u l-koordinazzjoni mal-partijiet ikkonċernati esterni.
 
Kwalifiki ewlenin

Għandu jkollok għarfien tajjeb tal-anqas ta' 2 lingwi tal-UE, lawrja f’dixxiplina relatata għad-dħul fil-Grad AD 5 (il-grad ta’ dħul għall-amministraturi permanenti), u diversi snin ta’ esperjenza rilevanti, biex tingħaqad f’livell aktar għoli (Grad AD 7). Il-kwalifiki ewlenin jistgħu jvarjaw għalhekk dejjem iċċekkja r-rekwiżiti speċifiċi kull meta tiġi ppubblikata proċedura tas-selezzjoni.

Tgħallem aktar dwar il-proċeduri tas-selezzjoni u l-kategoriji differenti tal-istaff.

Tista’ ssib ukoll opportunitajiet ta’ xogħol disponibbli jew tikkonsulta l-paġna tagħna tat-traineeships.