Skip to main content

Teknoloġija tal-Informazzjoni

It-Teknoloġija tal-Informazzjoni hija kruċjali għal kwalunkwe amministrazzjoni pubblika moderna. Is-soluzzjonijiet diġitali innovattivi jżommu lill-istituzzjonijiet tal-UE jiffunzjonaw tajjeb u jwettqu l-missjoni tagħhom, u dan jaffettwa l-ħajja ta’ miljuni ta’ ċittadini tal-UE.

L-ispeċjalisti tal-IT jiddefinixxu u jimplimentaw strateġiji tal-IT, jittraduċu l-ħtiġijiet tan-negozju f’soluzzjonijiet tal-IT, isolvu l-inċidenti, jimmaniġġjaw is-sistemi tal-IT kif ukoll iwettqu varjetà ta’ kompiti oħra. 

Amministratur tal-IT

Deskrizzjoni tal-impjieg

L-amministraturi tal-IT jaħdmu f’oqsma bħat-teknoloġija avvanzata, l-analiżi tad-data, il-post tax-xogħol diġitali, l-awtomatizzazzjoni tal-uffiċċju, l-informatika mobbli, is-sigurtà tat-Teknoloġija tal-Informazzjoni u tal-Komunikazzjoni (ICT), l-infrastruttura tal-IT.

Id-dmirijiet tagħhom jinkludu ż-żamma tal-operat tas-servizzi tal-IT, l-għoti ta’ analiżi u pariri tekniċi, il-ġestjoni tas-servizzi tan-network tad-data, l-iżvilupp ta’ software, l-applikazzjoni tal-integrità tas-sistema u l-proċeduri ta’ sigurtà, fost ħafna oħrajn. 

Kwalifiki ewlenin

Irid ikollok ħakma tajba ta’ mill-anqas ta’ żewġ lingwi tal-UE; lawrja jew kwalifika postgradwatorja fit-teknoloġija tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni għad-dħul fil-Grad AD 5 (il-livell ta’ dħul għall-amministraturi permanenti), u diversi snin ta’ esperjenza rilevanti, biex tingħaqad f’livell aktar għoli (Grad AD 7). Il-kwalifiki ewlenin jistgħu jvarjaw allura ċċekkja dejjem ir-rekwiżiti speċifiċi kull darba li tiġi ppubblikata proċedura ta’ selezzjoni.

Tgħallem aktar dwar il-proċeduri ta’ selezzjoni u dwar il-kategoriji differenti tal-istaff.

Tista’ ssib wkoll disponibbli opportunitajiet ta' xogħol jew tikkonsulta l-paġna tagħna tat-traineeships.

Assistent tal-IT

Deskrizzjoni tal-impjieg

L-assistenti jappoġġjaw l-implimentazzjoni ta’ proġetti tal-IT billi jikkontribwixxu għat-tfassil ta’ soluzzjonijiet, jabbozzaw speċifikazzjonijiet tan-negozju kif ukoll jgħinu fl-ippjanar baġitarju u tar-riżorsi. 

Id-dmirijiet tagħhom jinkludu wkoll l-analiżi u l-ipproċessar tad-data statistika u s-sorsi tal-big data; il-parteċipazzjoni fil-ħolqien u l-implimentazzjoni ta’ soluzzjonijiet tat-Teknoloġija tal-Informazzjoni u l-Komunikazzjoni (ICT); il-kontribut għal laqgħat ta’ informazzjoni u preżentazzjonijiet, fost ħafna oħrajn.

Kwalifiki ewlenin 

Irid ikollok ħakma tajba ta’ mill-anqas żewġ lingwi tal-UE u jew edukazzjoni post-sekondarja u ftit snin ta’ esperjenza professjonali, jew edukazzjoni sekondarja u diversi snin ta’ esperjenza professjonali. Il-kwalifiki ewlenin jistgħu jvarjaw allura ċċekkja dejjem ir-rekwiżiti speċifiċi kull darba li tiġi ppubblikata proċedura ta’ selezzjoni.

Tgħallem aktar dwar il-proċeduri ta’ selezzjoni u dwar il-kategoriji differenti tal-istaff.

Tista’ ssib wkoll disponibbli opportunitajiet ta' xogħol jew tikkonsulta l-paġna tagħna tat-traineeships.