Skip to main content
Logo tal-Kummissjoni Ewropea

Staff ta’ Appoġġ

L-istaff ta’ appoġġ jipprovdi kontribut essenzjali lill-UE billi jwettaq varjetà ta’ operazzjonijiet fuq il-post tax-xogħol.

L-istaff ta’ appoġġ jinkludi, pereżempju, segretarji u assistenti amministrattivi, assistenti tar-riżorsi umani, xufiera, uffiċjali tas-sigurtà u ushers.

Segretarju/Assistent amministrattiv

Deskrizzjoni tal-impjieg

Is-Segretarji u l-Assistenti Amministrattivi jwettqu varjetà ta’ kompiti inkluż l-għoti ta' appoġġ awtonomu lil persuna jew aktar fi ħdan unità jew dipartiment; iħejju l-files; jorganizzaw u jikkoordinaw l-attivitajiet tad-dipartiment; iħejju, jipproċessaw, jiffinalizzaw u jivverifikaw id-dokumenti; isibu l-informazzjoni, jikkumpilawha u jxerrduha, biex insemmu biss xi wħud.  

L-Assistenti tar-Riżorsi Umani jwettqu dmirijiet relatati mal-ġestjoni tal-politika tal-persunal f’oqsma bħar-reklutaġġ, il-karrieri, it-taħriġ u l-opportunitajiet indaqs.

Kwalifiki ewlenin

Għandu jkollok ħakma tajba ta’ mill-anqas żewġ lingwi tal-UE u edukazzjoni sekondarja jew taħriġ professjonali, segwit b'minn tal-anqas ftit snin ta’ esperjenza professjonali. Biex tapplika għall-pożizzjonijiet aktar għolja jkollok bżonn ukoll diversi snin ta’ esperjenza professjonali. Il-kwalifiki ewlenin jistgħu jvarjaw għalhekk dejjem iċċekkja r-rekwiżiti speċifiċi kull meta tiġi ppubblikata proċedura tal-għażla.

Tgħallem aktar dwar il-proċeduri tas-selezzjoni u l-kategoriji differenti tal-istaff.

Tista’ ssib ukoll disponibbli opportunitajiet ta' xogħol jew tikkonsulta l-paġna tagħna tat-traineeships.

Xufier

Deskrizzjoni tal-impjieg

Il-kompiti tagħhom jinkludu s-sewqan ta’ staff tal-UE, ta’ uffiċjali tal-Istati Membri, ta’ korpi diplomatiċi u ta’ VIPs oħra madwar Brussell, il-Lussemburgu, Strasburgu u postijiet oħra fejn qed isiru l-attivitajiet u l-laqgħat tal-UE.

Ix-xufiera jistgħu wkoll jiġu fdati biex jittrasportaw posta sensittiva/kunfidenzjali, jiżguraw is-sikurezza tal-persuni u tal-merkanzija matul it-trasport kif ukoll jiggarantixxu l-manutenzjoni u l-użu xieraq tal-vetturi tal-UE.

Kwalifiki ewlenin

Ir-rekwiżiti minimi f’termini ta’ lingwi u esperjenza professjonali jiġu inklużi fid-dokumenti uffiċjali tal-kompetizzjoni, kull meta tiġi ppubblikata proċedura tas-selezzjoni rilevanti. Il-kwalifiki ewlenin jistgħu jvarjaw għalhekk dejjem iċċekkja r-rekwiżiti speċifiċi kull meta tiġi ppubblikata proċedura tal-għażla.

Ix-xufiera jistgħu jiġu reklutati wkoll bħala aġenti kuntrattwali.

Tgħallem aktar dwar il-proċeduri tas-selezzjoni u l-kategoriji differenti tal-istaff.

Tista’ ssib ukoll disponibbli opportunitajiet ta' xogħol jew tikkonsulta l-paġna tagħna tat-traineeships.

Uffiċjal tas-Sigurtà u l-Protezzjoni

Deskrizzjoni tal-impjieg

L-uffiċjali tas-sigurtà u l-protezzjoni fl-UE jiggarantixxu s-sikurezza tal-istaff, tal-viżitaturi, tal-proprjetà, tal-bini kif ukoll tal-informazzjoni sensittiva u klassifikata.

Id-dmirijiet tagħhom jinkludu l-pattulji u l-monitoraġġ tal-postijiet u l-persunal; jipprevjenu theddid għas-sigurtà; jirrappurtaw imġiba u inċidenti suspettużi; jgħarblu u jikkontrollaw l-aċċess tal-persuni u tal-merkanzija li jidħlu fl-uffiċċji tal-UE; iwettqu rondi ta’ sigurtà fil-bini tal-UE; jintervjenu f’każ ta’ emerġenza ta’ nirien u/jew allarm; jagħtu l-ewwel għajnuna f’sitwazzjonijiet ta’ emerġenza; iwettqu kontrolli ta’ sigurtà fuq merkanzija u konsenji li jaslu fil-bini, fost kompiti oħra. 

Kwalifiki ewlenin

Ir-rekwiżiti minimi f’termini ta’ lingwi u esperjenza professjonali jiġu inklużi fid-dokumenti uffiċjali tal-kompetizzjoni, kull meta tiġi ppubblikata proċedura tas-selezzjoni rilevanti. Il-kwalifiki ewlenin jistgħu jvarjaw għalhekk dejjem iċċekkja r-rekwiżiti speċifiċi kull meta tiġi ppubblikata proċedura tal-għażla.

Tgħallem aktar dwar il-proċeduri tas-selezzjoni u l-kategoriji differenti tal-istaff.

Tista’ ssib ukoll disponibbli opportunitajiet ta' xogħol jew tikkonsulta l-paġna tagħna tat-traineeships.

Usher

Deskrizzjoni tal-impjieg

L-ushers tal-Parlament Ewropew ġeneralment jassistu lill-Membri tal-Parlament Ewropew (MPE) u dinjitarji oħra matul is-sessjonijiet plenarji tal-istituzzjoni, fil-laqgħat tal-korpi parlamentari u waqt avvenimenti parlamentari oħra.

Huma jiżguraw ir-rispett tar-regoli u l-osservanza tal-prinċipji tas-sigurtà.

Il-kompiti tal-ushers jinkludu wkoll it-tħejjija u l-monitoraġġ tal-kmamar tal-laqgħat; jakkumpanjaw u jassenjaw siġġu lil MPE, VIPs jew viżitaturi oħra; iwettqu kompiti ċerimonjali f’kooperazzjoni mas-servizz tal-protokoll.

Kwalifiki ewlenin

Ir-rekwiżiti minimi f’termini ta’ lingwi u esperjenza professjonali jiġu inklużi fid-dokumenti uffiċjali tal-kompetizzjoni, kull meta tiġi ppubblikata proċedura tas-selezzjoni rilevanti. Il-kwalifiki ewlenin jistgħu jvarjaw għalhekk dejjem iċċekkja r-rekwiżiti speċifiċi kull meta tiġi ppubblikata proċedura tal-għażla.

Tgħallem aktar dwar il-proċeduri tas-selezzjoni u l-kategoriji differenti tal-istaff.

Tista’ ssib ukoll disponibbli opportunitajiet ta' xogħol jew tikkonsulta l-paġna tagħna tat-traineeships.

Operatur tal-konferenzi

Deskrizzjoni tal-impjieg

L-operaturi tal-konferenzi huma responsabbli għall-ġestjoni tat-tagħmir tekniku tal-ħoss u tal-immaġni f’installazzjonijiet multimedjali/awdjoviżivi jew tal-konferenzi. 

Dawn jipprovdu wkoll appoġġ tekniku tal-ewwel livell għat-tagħmir awdjoviżiv u tal-IT.