Għaliex għandek tibda karriera mal-UE?
Insawru l-Ewropa Flimkien
Jekk għandek għal qalbek il-proġett tal-Unjoni Ewropea ,
jekk temmen fil-valuri tal-UE bħall-paċi, il-libertà, id-demokrazija, l-ugwaljanza, u d-drittijiet tal-bniedem,
jekk tixtieq tgħin biex tagħmel differenza fil-politiki li jaffettwaw liċ-ċittadini kollha tal-UE, mill-protezzjoni tal-klima għad-diġitalizzazzjoni ,
jekk int entużjast li taħdem f’ambjent multikulturali u multilingwi
jekk int ħerqan li tkun parti minn post tax-xogħol inklużiv fejn id-diversità hija ta’ vantaġġ u kulħadd igawdi opportunitajiet indaqs ,
jekk int eċċitat li titgħallem u tiżviluppa ħiliet ġodda filwaqt li taqla’ salarju kompetittiv ,
jekk qed tfittex bilanċ tajjeb bejn ix-xogħol u l-ħajja ,
qed noffrulek opportunità unika .