Għaliex ma nistax napplowdja d-dokumenti ta’ sostenn tiegħi?
Question categories:
Tista’ tapplowdja dokumenti ta’ sostenn relatati ma’ waħda mill-4 kategoriji li ġejjin:
- ID / passaport,
- edukazzjoni u taħriġ,
- esperjenza professjonali,
- dokumenti oħrajn.
Tista’ tapplowdja sa 20 file għall-kategoriji 1, 2 u 4 u sa 50 file għall-kategorija 3.
Il-files tiegħek għandu jkollhom massimu ta’ 2MB għal kull file u għandhom ikunu PDF, TIFF jew JPG. M’hemm ebda format ieħor ta’ files appoġġjat.
Ikkunsidra li ssemmi mill-ġdid id-dokument tiegħek f’każ ta’ messaġġ ta’ żball: uża biss tikka (.) waħda qabel l-estensjoni tal-file (pdf, tiff, jpg) u evita li tuża karattri speċjali (_-/ eċċ.) jew spazji vojta fl-isem tal-file.