Kif nista’ inbiddel id-data tat-testijiet bil-kompjuter tiegħi?
Matul il-perjodi tal-ibbukkjar u tal-ittestjar inti tista’ tbiddel l-appuntament tiegħek għat-test b’mistoqsijiet b'għażla multipla matul il-perjodi tal-ibbukkjar u tal-ittestjar, skont id-disponibbiltà u l-kundizzjonijiet li ġejjin:
- l-ewwel trid tistenna sakemm il-konferma tal-ibbukkjar oriġinali tiġi applowdjata fil-kont tal-EPSO tiegħek (normalment fi żmien 24 siegħa wara l-ibbukkjar) peress li jkun fiha n-numru ta’ konferma u l-kodiċi li trid tuża biex tiskeda l-appuntament mill-ġdid;
- tista’ tbiddel l-appuntament tat-test tiegħek sa ġurnata qabel;
- tista’ tagħżel biss mill-appuntamenti murija fis-sistema;
- għandek il-possibbiltà li tbiddel il-post taċ-ċentru tat-testijiet (skont id-disponibbiltà);
- trid timla l-proċedura tal-ibbukkjar mil-ġdid tal-ħin sal-aħħar skrin u fin-nuqqas ta’ dan jibqa' validu l-appuntament oriġinali tiegħek;
- trid tistampa u tieħu miegħek il-konferma tal-ibbukkjar aġġornata fiċ-ċentru tal-ittestjar.
Is-sistema ta’ ġestjoni tal-ibbukkjar tal-Prometric hija aċċessibbli mil-link fil-konferma tal-ibbukkjar fil-kont tal-EPSO tiegħek.
Jekk jogħġbok ikkonsulta l-link li ġejja għall-istampi tal-iskrin li juruk il-proċedura tal-iskedar mill-ġdid.
Ċirkostanzi eċċezzjonali
F’ċirkostanzi eċċezzjonali, bħal fil-każ ta’ mard serju, twelid ta’ tarbija, mewt ta’ konjugi, tifel/tifla, ġenitur jew aħwa, l-EPSO jista’ jawtorizza skedar mill-ġdid, skont id-disponibbiltà.
Ma tistax titlob għal skedar mill-ġdid (inkluż għal ċirkostanzi eċċezzjonali):
- fl-aħħar 7 ijiem kalendarji ta’ perjodu tal-ittestjar ta’ aktar minn 14-il jum kalendarju;
- fl-aħħar 3 ijiem kalendarji ta’ perjodu tal-ittestjar ta’ 14-il jum kalendarju jew anqas.
Għandek tikkuntattja lill-EPSO mingħajr dewmien, u tindika n-numru tal-applikant tiegħek u d-dokumenti ta’ sostenn rilevanti kollha, pereżempju ċertifikat mediku, li b'mod obbligatorju jrid ikopri d-data tal-appuntament.
Ninfurmawk minnufih hekk kif tkun ittieħdet deċiżjoni; madankollu, jekk jogħġbok innota li se jiġu kkunsidrati biss ċirkostanzi eċċezzjonali sostanzjati kif dettaljat hawn fuq.
L-iskedar mill-ġdid ma jkunx possibbli għall-istudju tal-każ, it-test bil-miktub fil-qasam, it-testijiet tal-e-tray u tat-traduzzjoni.