Kif nista’ napplika għal kontribuzzjoni għall-ispejjeż tal-ivvjaġġar u/jew tas-sussistenza?
Fil-jum taċ-Ċentru ta' Evalwazzjoni, jekk jogħġbok ġib miegħek:
- it-tliet formoli li jinsabu hawn taħt (mimlijin u ffirmati);
- kopja tal-karta tal-identità (iż-żewġ naħat jekk applikabbli) jew tal-passaport tiegħek;
- dokumenti għall-ivvjaġġar.
Id-dokumenti segwenti se jiġu aċċettati bħala dokumenti ta’ sostenn:
- ajruplan: karta tal-imbark jew kopja tal-biljett (il-fattura weħidha mhix suffiċjenti);
- ferrovija, xarabank, vapur: kopja tal-biljett (il-fattura weħidha mhix suffiċjenti)
- karozza: il-kopja oriġinali ta’ kont tal-fjuwil u/jew biljett tal-pedaġġ (il-prova ta’ pagament għandha tkun datata mhux aktar minn jumejn qabel id-data meta l-kandidat jieħu sehem fiċ-ċentru ta’ evalwazzjoni u minn triq li twassal għaċ-Ċentru ta’ Evalwazzjoni).
Jekk dawn id-dokumenti ma jiġux ipprovduti, it-talba tiegħek tiġi rifjutata.
- kont tal-lukanda, jekk int intitolat għal kontribuzzjoni għall-ispejjeż tal-akkomodazzjoni (ara t-taqsima 6 tar-regoli).
Jekk sal-jum tat-testijiet tiegħek ikun għad ma għandekx dawn id-dokumenti kollha, tista' tibgħat il-fajl komplut bil-posta lil:
Jekk iċ-ċentru ta’ evalwazzjoni tiegħek hu Brussell:
European Personnel Selection Office
Travel expenses candidates
L-107
B-1049 Bruxelles
Belgium
Jew
Jekk iċ-ċentru ta’ evalwazzjoni tiegħek hu Il-Lussemburgu:
EPSO Luxembourg antenna
European Court of Justice, T/-0125
90, Boulevard Konrad Adenauer
Luxembourg L-1115
L-indirizz tal-profil tal-EPSO tiegħek jeħtieġlu jkun l-indirizz tar-residenza uffiċjali tiegħek waqt il-proċedura tas-selezzjoni. Nirrakkomandawlek li żżomm kopja tad-dokumenti kollha.
Meta tipparteċipa fit-Testijiet fiċ-Ċentru ta’ Evalwazzjoni tista’, jekk int eliġibbli, titlob kontribuzzjoni għall-ispejjeż tal-ivvjaġġar tiegħek, iżda mhux rimborż għall-ispejjeż kollha fil-fatt imġarrbin (Artikolu 2). Barra minn hekk, fir-rigward tal-ispejjeż ta’ sussistenza, prevista kontribuzzjoni biss jekk id-diversi testijiet taċ-Ċentru ta’ Evalwazzjoni jsiru matul jumejn konsekuttivi jew huma separati b’massimu ta’ tlitt ijiem (Artikolu 6). M’int se tirċievi ebda kontribuzzjoni għall-ispejjeż ta’ akkomodazzjoni għal-lejl ta’ qabel jew għal-lejl ta’ wara ċ-Ċentru ta’ Evalwazzjoni, skont ir-regoli hawn taħt:
- Regoli dwar kontribuzzjonijiet finanzjarji lejn spejjeż tal-ivvjaġġar u ta’ sussistenza għal persuni mistiedna għal testijiet organizzati bħala parti ta’ kompetizzjoni jew ta’ proċedura ta’ selezzjoni, jew għal intervista jew eżami mediku (japplikaw biss għall-proċeduri ta’ selezzjoni ppubblikati mill-1 ta’ Jannar 2018)
Importanti: Jekk jogħġbok innota li għandek 3 xhur mid-data tat-test tiegħek, biex tibgħat it-talba sħiħa għal kontribuzzjoni għall-ispejjeż tal-ivvjaġġar/tas-sussistenza.
Dokumenti importanti:
- Talba għal formola ta' kontribuzzjoni
- Formola tal-entità legali (LEF): agħżel “Persuna fiżika”