Skip to main content
Logo tal-Kummissjoni Ewropea

L-ispejjeż tal-ivvjaġġar għat-testijiet huma rimborżabbli?

L-EPSO ma jikkontribwixxi għal ebda spiża tal-ivvjaġġar imġarrba mill-parteċipazzjoni tiegħek f’testijiet ibbażati fuq il-kompjuter jew testijiet preliminari/intermedji (jiġifieri testijiet b’mistoqsijiet b’għażla multipla, eżerċizzju e-tray u testijiet tat-traduzzjoni).

Il-kandidati mistiedna għall-istudju tal-każ jew għal test bil-miktub fil-qasam, u b’indirizz ta’ residenza f’pajjiż barra l-UE huma intitolati li jitolbu kontribuzzjoni għall-ispejjeż tal-ivvjaġġar tagħhom jekk it-testijiet huma parti miċ-ċentru ta’ evalwazzjoni (jekk jogħġbok irreferi għall-avviż tal-kompetizzjoni rilevanti).

Meta tipparteċipa fit-testijiet taċ-ċentru ta’ evalwazzjoni tista’, jekk tkun eliġibbli, titlob kontribuzzjoni għall-ispejjeż tal-ivvjaġġar tiegħek, iżda mhux rimborż tal-ispejjeż kollha effettivament imġarrba (l-Artikolu 2). Barra minn hekk, fir-rigward tal-ispejjeż ta’ sussistenza, hi prevista kontribuzzjoni biss jekk it-testijiet varji fiċ-ċentru ta’ evalwazzjoni jsiru fuq jumejn konsekuttivi jew huma separati b’mhux aktar minn tlett ijiem (Artikolu 6). M’int se tirċievi ebda kontribuzzjoni għall-ispejjeż ta’ akkomodazzjoni għal-lejl qabel jew għal-lejl wara ċ-ċentru ta’ evalwazzjoni skont ir-regoli hawn taħt:

Importanti:  Jekk jogħġbok innota li għandek 3 xhur mid-data tat-test tiegħek biex tibgħat it-talba kollha għal kontribuzzjoni għall-ispejjeż tal-ivvjaġġar/tas-sussistenza.

B'mod ġenerali, l-indirizz tar-residenza indikat fil-kont tal-EPSO tiegħek se jintuża bħala l-bażi tal-kalkolu.

Jekk int eliġibbli jekk jogħġbok:

European Personnel Selection Office
Travel expenses candidates
L-107
B-1049 Bruxelles
Belgium

Biex tkun taf aktar dwar kif tapplika għal kontribuzzjoni għall-ispejjeż tal-ivvjaġġar u tas-sussistenza, jekk jogħġbok ara din il-mistoqsija relatata.