Skip to main content

X’inhu Ċentru ta’ Evalwazzjoni?

L-għan taċ-Ċentru ta’ Evalwazzjoni huwa li jevalwa l-kompetenzi ġenerali u/jew speċifiċi tiegħek permezz ta’ eżerċizzji differenti, li l-kontenut tagħhom huwa vvalidat mill-bord ta' selezzjoni: studju ta’ każ, preżentazzjoni orali, intervista strutturata, intervista fil-qasam, e-tray, eċċ. Għal informazzjoni dettaljata dwar it-testijiet u l-lingwi tat-test ara l-avviż ta’ kompetizzjoni. Jekk jogħġbok iċċekkja hawnhekk għal aktar informazzjoni dwar il-kompetenzi ġenerali.

Matul kull eżerċizzju, se tiġi osservat/evalwat b’mod sistematiku minn tal-anqas żewġ assessuri mħarrġa. Ir-riżultati finali huma bbażati fuq l-evalwazzjoni ta’ kull kompetenza ttestjata permezz tal-eżerċizzju taċ-Ċentru ta’ Evalwazzjoni.

Minħabba raġunijiet ta’ organizzazzjoni, l-istudju ta’ każ jista’ jiġi organizzat fiċ-ċentri tal-ittestjar fl-Istati Membri, b’mod separat mit-testijiet l-oħra taċ-Ċentru ta’ Evalwazzjoni.

It-testijiet l-oħra taċ-Ċentru ta’ Evalwazzjoni normalment isiru mill-bogħod. B’mod eċċezzjonali, parti miċ-Ċentru ta’ Evalwazzjoni tista’ ssir fi Brussell jew fil-Lussemburgu fl-indirizz ikkomunikat fl-ittra ta’ stedina.