Skip to main content
Logo tal-Kummissjoni Ewropea

X’inhu Kont tal-EPSO?

Il-Kont tal-EPSO huwa reġistru elettroniku tad-dettalji personali u tal-applikazzjonijiet kollha tiegħek għall-proċeduri ta' selezzjoni tal-EPSO. Fuq il-paġni kollha tas-sit web tal-EPSO issib link dirett biex toħloq jew tilloggja fil-Profil tal-EPSO tiegħek.

Jintuża wkoll biex l-EPSO jibgħat messaġġi lill-kandidati. Għalhekk, għandek tikkonsulta l-Kont tal-EPSO tiegħek kull tlitt ijiem kalendarji.

Qabel tapplika, se tintalab toħloq Profil tal-EPSO, jekk għad m’għandekx wieħed.

Jista' jkollok Kont tal-EPSO wieħed biss, li għandek tuża għall-proċeduri ta' selezzjoni kollha. Huwa strettament ipprojbit li jkun hemm aktar minn Kont tal-EPSO wieħed u tista’ tiġi eskluż f’kull stadju tal-proċedura tal-għażla minħabba li jkollok aktar minn kont wieħed. Jekk jogħġbok ikkuntattjana jekk m’intix ċert.

Sabiex toħloq il-Kont tiegħek, sempiliċiment ikklikkja l-link “Oħloq il-kont tal-EPSO tiegħek” u imla l-informazzjoni meħtieġa kollha.

Id-dettalji personali tiegħek u d-dettalji tal-aċċess għall-Kont tal-EPSO tiegħek iridu jkunu dejjem aġġornati.

Jekk, fi kwalunkwe stadju tal-proċedura, l-EPSO jsib li ħloqt iktar minn Kont wieħed, tista’ tiġi eskluż (ara r-Regoli ġenerali applikabbli għall-Kompetizzjonijiet Miftuħa mehmużin mal-Avviż tal-Kompetizzjoni).