Għaliex ġibt punteġġ daqshekk baxx fit-test preliminari tiegħi?
Question categories:
L-ewwel nett, il-konvinzjoni personali tiegħek dwar kif it-test kellu jkun evalwat hija suġġettiva u ma tistax tissostitwixxi l-valutazzjoni tal-Bord ta’ Selezzjoni. Din ma tikkostitwixxix prova inkonfutabbli ta’ żball manifest mwettaq mill-Bord.
Elementi differenti jistgħu jispjegaw il-punti li jagħtik il-Bord ta’ Selezzjoni, li huma bbażati fuq kriterji ta’ evalwazzjoni stabbiliti minn qabel u l-kummenti tal-eżaminatur:
Fil-każ ta’ testi għat-traduzzjoni, pereżempju, il-marki jitnaqqsu għal:
- Omissjonijiet
- Żbalji fit-tifsira, il-grammatika, it-terminoloġija, ir-reġistru
- Diffikultajiet biex jitwassal is-sens tat-test
- Nuqqas ta’ vokabularju meħtieġ mit-test għat-traduzzjoni
- Traduzzjoni mhux sħiħa
- eċċ.
Trid tqis li mil-lat legali
- L-għoti tal-punti ġeneralment isir b’mod anonimu minn eżaminaturi kwalifikati abbażi ta’ “tabella tal-marki”
- L-eżaminaturi jingħataw linji gwida stretti f’termini ta’ standards tal-kwalità
- Il-marki jitnaqqsu għall-iżbalji (testi għat-traduzzjoni)