Skip to main content

X’inhuma r-regoli ta’ kondotta taċ-Ċentru ta’ Evalwazzjoni?

Kull min ma jirrispettax dawn ir-regoli ta’ kondotta se jiġi eskluż miċ-Ċentru ta’ Evalwazzjoni u mill-proċedura ta’ selezzjoni:

Iċ-Ċentru ta’ Evalwazzjoni mill-bogħod:

  • Segwi l-istruzzjonijiet li rċevejt fl-ittra ta’ stedina tiegħek
  • Trid tlesti t-testijiet mingħajr ebda għajnuna jew tagħmir
  • Sakemm ma tingħatax struzzjonijiet oħra, għal eżerċizzji speċifiċi, żomm il-mejda tiegħek ħielsa mill-oġġetti pprojbiti kollha (pereżempju karti u pinen, kotba, noti, struzzjonijiet, kalkulaturi, kompjuters, laptops, tablets, mobiles, cameras, kwalunkwe tip ta’ apparat li kapaċi jaqbad immaġnijiet, awdjo, video, eċċ.)

Iċ-Ċentru ta’ Evalwazzjoni bi preżenza fiżika:

  • Għandek issegwi l-istruzzjonijiet mogħtija mill-persunal f’kull ħin.
  • Ikel u xorb huma permessi biss fil-kamra/żona tal-istennija.
  • Għandek tagħmel it-testijiet mingħajr għajnuniet jew tagħmir ieħor ħlief dak provdut miċ-ċentru tat-test.
  • L-oġġetti pprojbiti kollha (eż. karti u pinen, kotba, likwidu li jikkoreġi, noti, struzzjonijiet, briefcases, basktijiet, kalkulaturi, kompjuters, laptops, tablets, mobiles, cameras, u kwalunkwe tip ta’ apparat li kapaċi jaqbad immaġnijiet, awdjo, video, eċċ.) għandhom jitħallew fil-lockers provduti. (Oġġetti li jipproduċu l-ħoss għandhom jintfew).
  • It-tipjip hu strettament projbit.
  • Kwalunkwe mġiba arroganti, derogatorja jew ta’ theddid lejn il-persunal jew il-kandidati l-oħrajn tista’ twassal ukoll għall-esklużjoni tiegħek mill-kompetizzjoni.