Skip to main content
Logo tal-Kummissjoni Ewropea

Kif nista’ nbiddel l-appuntament għat-testijiet tiegħi tal-CAST Permanenti bbażati fuq il-kompjuter?

Question categories:

Matul il-perjodi tal-ibbukkjar u tal-ittestjar inti tista’ tbiddel l-appuntament tiegħek għat-test ta’ mistoqsijiet b’għażla multipla, skont id-disponibbiltà u l-kundizzjonijiet li ġejjin:

  • l-ewwel trid tistenna sakemm il-konferma tal-ibbukkjar oriġinali tiġi applowdjata fil-profil tal-EPSO tiegħek (normalment fi żmien 24 siegħa wara l-ibbukkjar) peress li jkun fiha l-link, in-numru tal-konferma u l-kodiċi li trid tuża biex tbiddel l-appuntament;
  • tista’ tbiddel l-appuntament tat-test tiegħek sa ġurnata qabel;
  • tista’ tagħżel biss appuntament ġdid fl-istess perjodu tal-ittestjar u mill-appuntamenti li jidhru fis-sistema;
  • trid tkompli l-proċedura għall-bdil tal-appuntament sal-aħħar skrin u fin-nuqqas ta’ dan jibqa’ validu l-appuntament oriġinali tiegħek;

Ċirkostanzi eċċezzjonali

F’ċirkostanzi eċċezzjonali, bħal fil-każ ta’ mard serju, twelid ta’ tarbija, mewt ta’ konjuġi, wild, ġenitur jew aħwa, l-EPSO jista’ jawtorizza appuntament ġdid, skont id-disponibbiltà.

Għandek tikkuntattja lill-EPSO mingħajr dewmien, u tindika n-numru tal-kandidat tiegħek u d-dokumenti ta’ sostenn rilevanti kollha, pereżempju ċertifikat mediku, li għandu jkopri b’mod obbligatorju d-data tal-appuntament.

Ma tistax titlob appuntament ġdid (inkluż f’ċirkostanzi eċċezzjonali) minn perjodu tal-ittestjar għal ieħor. Inti tkun tista’ tiġi mistieden mill-ġdid biex tibbukkja f’perjodu ieħor tal-ittestjar jekk terġa’ tiġi preselezzjonat minn xi servizz ta’ reklutaġġ.

Ninfurmawk minnufih hekk kif tkun ittieħdet deċiżjoni; madankollu, jekk jogħġbok innota li se jkunu biss ċirkostanzi eċċezzjonali sostanzjati kif dettaljat hawn fuq li se jiġu kkunsidrati.