Skip to main content
Logo tal-Kummissjoni Ewropea

Kif nista’ nibdel id-<i>data</i> personali fil-profil tal-EPSO tiegħi?

Ikklikkja “Data personali” fuq ix-xellug tal-profil tal-EPSO tiegħek u segwi l-istruzzjonijiet biex teditja l-informazzjoni personali tiegħek.

Biex tibdel isem familtek (kunjom) / isem familtek (kunjom) mat-twelid / ismek / ġeneru / data tat-twelid / ċittadinanza, ibgħatilna sommarju qasir tat-talba tiegħek u kopja ta’ dokument uffiċjali li jiġġustifika l-bidla (kopja tal-passaport tiegħek, karta tal-identità nazzjonali, deċiżjoni legali eċċ.) b’email lil EPSO-PERS-DATA@ec.europa.eu. Ladarba t-talba tiegħek tiġi aċċettata mill-EPSO, il-bidla tkun viżibbli fil-Profil tal-EPSO tiegħek. Jekk jogħġbok innota li kwalunkwe talba biex jinbidlu d-dettalji personali tista’ tiġi miċħuda jekk ma tiġi pprovduta ebda prova fi żmien ħamest ijiem.

Jekk jogħġbok innota li l-aċċettazzjoni ta’ din il-bidla se tieħu diversi jiem għalhekk jekk jogħġbok toħloqx talba identika oħra. Tistenniex sakemm il-bidla/bidliet tiġi/jiġu vvalidata/i, iżda kompli bl-applikazzjoni/ibbukkjar tat-test tiegħek eċċ.

Innota li ma tistax tbiddel l-informazzjoni fl-applikazzjoni vvalidata tiegħek, iżda l-bidliet fid-data personali jitqiesu għall-applikazzjonijiet ivvalidati tiegħek.