Skip to main content
Logo tal-Kummissjoni Ewropea

Taċċettaw il-kwalifika/id-diploma tiegħi maħruġa f’pajjiżi mhux tal-UE?

Question categories:

Għad-diplomi mogħtija f’pajjiżi mhux tal-UE, hu meħtieġ rikonoxximent tan-NARIC: https://www.enic-naric.net/

Jekk għandek diploma rikonoxxuta fi Stat Membru tal-UE, m’għandekx bżonn rikonoxximent tan-NARIC għad-diploma/i ta’ livell aktar baxx tiegħek. Eżempju: Jekk għandek lawrja ta’ Baċellerat minn università barra mill-UE, u lawrja ta’ Masters minn università tal-UE, m’għandekx bżonn rikonoxximent tan-NARIC għal-lawrja tal-Baċellerat.

Il-kwalifiki/id-diplomi mogħtija sal-31/12/2020 fir-Renju Unit huma aċċettati mingħajr aktar rikonoxximent. Għad-diplomi mogħtija wara din id-data (01/01/2021), hu meħtieġ rikonoxximent tan-NARIC.