Skip to main content

Għaliex l-EPSO introduċa testijiet ibbażati fuq il-kompjuter b’inviġilazzjoni mill-bogħod?

Fil-bidu ta’ Lulju 2021, l-EPSO introduċa testijiet ibbażati fuq il-kompjuter b’inviġilazzjoni mill-bogħod għal kompetizzjonijiet u testijiet speċifiċi.

L-inviġilazzjoni mill-bogħod tat-testijiet permezz tal-applikazzjoni ProProctor tal-kuntrattur tagħna Prometric tippermetti li l-kandidati jagħmlu t-testijiet minn kwalunkwe post filwaqt li tinżamm l-integrità tat-testijiet.

L-inviġilazzjoni mill-bogħod tat-testijiet tippermetti lill-EPSO jagħmel progress aktar mgħaġġel fl-organizzazzjoni tal-kompetizzjonijiet.

Din toffri aktar flessibbiltà u kosteffettività u hija wkoll partikolarment rilevanti fil-kuntest tas-sitwazzjoni pandemika, fejn l-attendenza fiċ-ċentri tal-ittestjar tista’ tippreżenta sfidi sinifikanti minħabba miżuri tas-saħħa pubblika bħal restrizzjonijiet fuq l-ivvjaġġar u lockdowns f’ċerti pajjiżi, li jinvolvu wkoll l-għeluq taċ-ċentri tal-ittestjar.