Il-Bord tas-Selezzjoni jikkunsidra biss id-dokumenti li tkun applowdjajt u llinkjajt mal-entrati rilevanti tal-applikazzjoni tiegħek għall-kompetizzjoni fil-Profil tal-EPSO tiegħek. Dawn id-dokumenti jridu jiġġustifikaw l-informazzjoni pprovduta fil-formola tal-applikazzjoni tiegħek, u li abbażi tagħha inti ġejt ammess għall-kompetizzjoni.
Kull entrata tal-formola tal-applikazzjoni online tiegħek (edukazzjoni, esperjenza professjonali u Talent Screener jekk applikabbli) trid tkun sostnuta u kkonfermata mid-dokumenti rilevanti. Kull dokument applowdjat għandu jkun illinkjat mal-entrata li jirreferi għaliha fl-applikazzjoni online tiegħek. L-istruzzjonijiet dwar kif tapplowdja d-dokumenti tiegħek jinsabu taħt Kif għandi napplowdja / nillinkja d-dokumenti ta’ sostenn tiegħi?
1. Identità: kopja tal-karta tal-identità jew tal-passaport validu tiegħek
2. Edukazzjoni
- Diploma li tagħtik aċċess għall-kompetizzjoni kif meħtieġ fl-Avviż ta’ Kompetizzjoni, Kundizzjonijiet speċifiċi — kwalifiki u esperjenza ta’ xogħol:
-
-
- Għall-kompetizzjonijiet AST: diplomi sekondarji u postsekondarji;
- Għall-kompetizzjonijiet AD: diplomi postsekondarji.
-
- Rikonoxximent uffiċjali tad-diploma tiegħek, jekk meħtieġ: id-diplomi, kemm jekk maħruġa f’pajjiżi tal-UE kif ukoll f’pajjiżi mhux tal-UE, iridu jiġu rikonoxxuti minn korp uffiċjali tal-Istat, eż. ministeru tal-edukazzjoni ta’ Stat Membru tal-UE;
- Dokumentazzjoni dwar it-taħriġ segwit, dment li tagħti aċċess għall-kompetizzjoni (jekk jogħġbok irreferi għall-Avviż tal-kompetizzjoni).
3. Esperjenza professjonali
Perjodi ta’ esperjenza professjonali li mhumiex ikkorroborati minn deskrizzjoni tal-impjieg ma jitqisux mill-Bord tas-Selezzjoni. Kun ċert li tipprovdi dokumenti li juru n-natura tad-dmirijiet tiegħek u t-tul ta’ żmien tal-esperjenza tiegħek:
3.1. Għal xogħol b’salarju:
- Dokumenti mill-impjegatur(i) attwali u preċedenti li jiddikjaraw in-natura u l-livell tad-dmirijiet imwettqa (ittri mis-superjur ġerarkiku, rapporti ta’ evalwazzjoni li jiddeskrivu l-kompiti tiegħek, deskrizzjonijiet tax-xogħol ipprovduti mill-impjegatur tiegħek, kuntratti inklużi deskrizzjonijiet dettaljati tad-dmirijiet imwettqa,...)
- Kuntratt(i) ta’ impjieg bid-data tal-bidu u tat-tmiem, jew l-ewwel u l-aħħar dikjarazzjonijiet tal-paga.
Id-dokumenti jridu jkunu ddatati, ikollhom l-intestatura tal-kumpanija uffiċjali, it-timbru, kif ukoll l-isem u l-firma tal-persuna responsabbli.
3.2. Għal dawk li jaħdmu għal rashom - professjonijiet liberi:
- Fatturi, kuntratti, formoli tal-ordni;
- Korrispondenza bl-email;
- Minuti tal-laqgħat;
- Kontijiet tat-taxxa;
- Sħubija f’assoċjazzjoni professjonali.
Għal aktar informazzjoni, jekk jogħġbok iċċekkja l-avviż tal-kompetizzjoni, b’mod partikolari t-taqsima “Dokumenti ta’ sostenn” u t-taqsimiet tal-FAQ dwar l-Eliġibbiltà u s-Selezzjoni abbażi tal-kwalifiki (Talent screener).
Jekk tonqos milli tipprovdi biżżejjed evidenza dokumentarja sal-iskadenza meħtieġa, tista’ titqies bħala mhux eliġibbli u eskluż mill-kompetizzjoni abbażi tan-nuqqas ta’ dokumenti ta’ sostenn.