Ir-riżultati tat-testijiet tiegħek f’kompetizzjoni miftuħa jistgħu jitqiesu biss għall-kompetizzjoni rilevanti, mhux għal kompetizzjonijiet oħrajn jew għal proċeduri ta’ selezzjoni CAST/P. Eċċezzjoni: taħt ċerti kundizzjonijiet, ir-riżultati tat-testijiet tiegħek għal proċedura ta’ selezzjoni CAST/P jistgħu jkunu validi fil-kuntest ta’ proċeduri ta’ selezzjoni CAST/P oħrajn.
Ir-riżultati tat-test MCQ tiegħi huma validi għal proċeduri ta’ selezzjoni oħrajn?
Għaliex l-EPSO introduċa testijiet ibbażati fuq il-kompjuter b’inviġilazzjoni mill-bogħod?
Fil-bidu ta’ Lulju 2021, l-EPSO introduċa testijiet ibbażati fuq il-kompjuter b’inviġilazzjoni mill-bogħod għal kompetizzjonijiet u testijiet speċifiċi.
L-inviġilazzjoni mill-bogħod tat-testijiet permezz tal-applikazzjoni ProProctor tal-kuntrattur tagħna Prometric tippermetti li l-kandidati jagħmlu t-testijiet minn kwalunkwe post filwaqt li tinżamm l-integrità tat-testijiet.
L-inviġilazzjoni mill-bogħod tat-testijiet tippermetti lill-EPSO jagħmel progress aktar mgħaġġel fl-organizzazzjoni tal-kompetizzjonijiet.
Din toffri aktar flessibbiltà u kosteffettività u hija wkoll partikolarment rilevanti fil-kuntest tas-sitwazzjoni pandemika, fejn l-attendenza fiċ-ċentri tal-ittestjar tista’ tippreżenta sfidi sinifikanti minħabba miżuri tas-saħħa pubblika bħal restrizzjonijiet fuq l-ivvjaġġar u lockdowns f’ċerti pajjiżi, li jinvolvu wkoll l-għeluq taċ-ċentri tal-ittestjar.
Kif jiġu organizzati t-testijiet ibbażati fuq il-kompjuter b’inviġilazzjoni mill-bogħod?
L-inviġilazzjoni mill-bogħod permezz tal-applikazzjoni Prometric ProProctor tal-kuntrattur tagħna tippermetti lill-kandidati jagħmlu t-testijiet b’mod sikur mill-bogħod bil-kompjuter tagħhom stess minflok f’wieħed miċ-ċentri tal-ittestjar ibbażati fuq il-kompjuter.
“Inviġilatur” huwa superviżur, jew persuna li timmonitorja l-kandidati waqt test. Meta jagħmlu test b’inviġilazzjoni mill-bogħod, il-kandidati se jiġu mmonitorjati kontinwament minn inviġilaturi f’ħin reali bl-użu ta’ diversi għodod ta’ monitoraġġ. Il-kandidati jistgħu jikkomunikaw mal-inviġilatur jekk ikollhom mistoqsijiet jew f’każ ta’ emerġenza.
L-eżamijiet huma mmonitorjati kontinwament għal attività jew imġiba suspettuża permezz ta’ reġistrazzjonijiet video u audio.
Fejn nista’ nsib informazzjoni dwar il-proċeduri ta’ sikurezza fiċ-ċentri tal-ittestjar?
Lil min għandi nikkuntattja biex nikseb ċertifikat ta’ attendenza għat-testijiet ibbażati fuq il-kompjuter tiegħi?
Għandek tikkuntattja lil Prometric direttament permezz ta’ email lil: epso_en@prometric.com
Kif nista’ niskeda mill-ġdid it-testijiet tiegħi tal-CAST/Permanenti bbażati fuq il-kompjuter?
Matul il-perjodi tal-ibbukkjar u tal-ittestjar inti tista’ tbiddel l-appuntament tiegħek għat-test b’mistoqsijiet b'għażla multipla, skont id-disponibbiltà u l-kundizzjonijiet li ġejjin:
- l-ewwel trid tistenna sakemm il-konferma tal-ibbukkjar oriġinali tiġi applowdjata fil-kont tal-EPSO tiegħek (normalment fi żmien 24 siegħa wara l-ibbukkjar) peress li li jkun fiha l-link, in-numru ta’ konferma u l-kodiċi li trid tuża biex tiskeda l-appuntament mill-ġdid;
- inti tista’ tbiddel l-appuntament tat-test tiegħek sa ġurnata qabel;
- tista’ tagħżel biss appuntament ġdid fl-istess perjodu tal-ittestjar u mill-appuntamenti li jidhru fis-sistema;
- għandek il-possibbiltà li tbiddel il-post taċ-ċentru tat-testijiet (skont id-disponibbiltà);
- trid timla l-proċedura tal-ibbukkjar mill-ġdid tal-ħin sal-aħħar skrin u fin-nuqqas ta’ dan jibqa' validu l-appuntament oriġinali tiegħek;
- trid tistampa u tieħu miegħek il-konferma tal-ibbukkjar aġġornata fiċ-ċentru tal-ittestjar.
Jekk jogħġbok ikkonsulta l-link li ġejja għall-istampi tal-iskrin li juruk il-proċedura tal-iskedar mil-ġdid.
Ċirkostanzi eċċezzjonali
F’ċirkostanzi eċċezzjonali, bħal fil-każ ta’ mard serju, twelid ta’ tarbija, mewt ta’ konjuġi, tifel/tifla, ġenitur jew aħwa, l-EPSO jista’ jawtorizza skedar mill-ġdid, skont id-disponibbiltà.
Għandek tikkuntattja lill-EPSO mingħajr dewmien, u tindika n-numru tal-kandidat tiegħek u d-dokumenti ta’ sostenn rilevanti kollha, pereżempju ċertifikat mediku, li għandu jkopri b’mod obbligatorju d-data tal-appuntament.
Ma tistax titlob skedar mill-ġdid (inkluż f’ċirkostanzi eċċezzjonali) minn perjodu tal-ittestjar għal ieħor. Inti tkun tista’ tiġi mistieden mill-ġdid biex tibbukkja f’perjodu ieħor tal-ittestjar jekk terġa’ tiġi preselezzjonat minn xi servizz ta’ reklutaġġ.
Ninfurmawk minnufih hekk kif tkun ittieħdet deċiżjoni; madankollu, jekk jogħġbok innota li se jkunu biss ċirkostanzi eċċezzjonali sostanzjati kif dettaljat hawn fuq li se jiġu kkunsidrati.
Kien hemm problema b’waħda mill-mistoqsijiet b'għażla multipla tiegħi f’test tal-CAST Permanenti, x’nista’ nagħmel?
Jekk ikollok dubju serju dwar il-kontenut ta’ mistoqsija ta’ test jekk jogħġbok ikkuntattja lis-Servizz ta’ Kuntatt tal-Kandidati tal-EPSO mhux aktar tard minn tlett ijiem kalendarji mit-test tiegħek fejn tispjega b’mod ċar iċ-ċirkostanzi u n-numru tal-kandidat tiegħek (ara l-proċedura fis-Sejħa għal Espressjoni ta' Interess).
Jekk element identifikat ma jkunx konformi mal-kriterji ta’ kwalità tal-EPSO, jiġu applikati dawn il-miżuri korrettivi:
- L-element se jiġi kkoreġġut jew se jitneħħa mill-bażi ta’ data;
- Jistgħu jittieħdu miżuri korrettivi fil-każijiet fejn l-EPSO jsib li kien hemm impatt negattiv fuq il-kandidat.
Meta nieħu r-riżultati tat-test tal-Mistoqsijiet b’Għażla Multipla?
- Ir-riżultati tat-test ma jingħatawx fiċ-ċentri tat-testijiet, iżda jiġu kkomunikati permezz tal-profil tal-EPSO bejn 3 u 5 ġimgħat wara li jkun spiċċa l-perjodu tal-ittestjar.
- Qabel il-pubblikazzjoni tagħhom ir-riżultati jkunu ġew ivverifikati, approvati u vvalidati minn qabel mill-Bord ta’ Selezzjoni (għall-kompetizzjonijiet) jew mill-EPSO (għall-proċeduri ta’ selezzjoni tal-CAST). Hekk kif jiġu kkomunikati, il-preċiżjoni tal-mistoqsijiet ma tistax tiġi indirizzata.
Kemm hu importanti l-punteġġ tiegħi?
Biex tikkwalifika għall-istadju li jmiss jeħtieġlek takkwista punteġġ għoli biżżejjed biex tkun fost il-kandidati fil-quċċata tal-klassifika.
Kif inhu garantit trattament ugwali?
Kriterji ta’ evalwazzjoni oġġettivi huma adottati qabel is-selezzjoni, skont l-avviż tal-kompetizzjoni, u huma applikati b’mod rigoruż għall-kandidati kollha sabiex jiġi żgurat trattament ugwali.
Min jiġi mistieden għall-istadju li jmiss?
Billi sett ta’ numru ta’ kandidati biss jistgħu jgħaddu għall-istadju li jmiss, huma mistednin biss dawk bl-ogħla punteġġi. Dawn il-kandidati għandhom punteġġ ugwali jew ogħla mil-livell limitu.
Lista ta’ kandidati li kellhom suċċess tiġi ppreżentata mill-Bord tas-Selezzjoni f’ordni dixxendenti tal-punteġġ totali miksub.
Kif inhu definit “il-livell limitu”?
Sabiex jiġi definit il-livell minimu, il-punteġġi tal-kandidati huma klassifikati f’ordni dixxendenti. Imbagħad il-bord jagħżel il-kandidati fil-kategorija għolja li jistgħu jiġu mistednin għall-istadju li jmiss tal-kompetizzjoni (ara l-mistoqsija: “kemm se jmorru kandidati mill-Evalwatur tal-Kapaċitajiet għall-istadju li jmiss”). Il-livell minimu hu l-punteġġ tal-aħħar kandidat fil-lista.
Jiena tqila jew qed inredda’ t-tarbija u għandi xi mistoqsijiet dwar il-parteċipazzjoni tiegħi fl-eżamijiet tal-għażla. Lil min għandi nikkuntattja?
Jekk inti tqila matul il-perjodu tar-reġistrazzjoni tal-proċedura ta’ selezzjoni, tista’ tibgħat il-mistoqsijiet, il-problemi jew it-talbiet tiegħek għal aġġustamenti fil-formola tal-applikazzjoni tiegħek, flimkien ma’ ċertifikat mediku li jikkonferma t-tqala tiegħek u d-data tal-ħlas mistennija.
Jekk tiskopri li inti tqila jew se twelled waqt il-perjodu tal-proċedura ta’ selezzjoni, jekk jogħġbok ikkuntattjana kemm jista’ jkun malajr u għaddilna l-istess informazzjoni filwaqt li tibgħatilna ċertifikat mediku li jikkonferma d-data mistennija jew attwali tal-ħlas.
Aħna ninfurmawk dwar l-għażliet possibbli wara li nistħarrġu r-rikjesta tiegħek.
Jiena għandi diżabilità jew kundizzjoni medika li tirrikjedi aġġustamenti fl-eżamijiet ta’ selezzjoni. Xi rrid nagħmel?
Jekk ikollok bżonn xi aġġustamenti fl-eżamijiet ta’ selezzjoni minħabba xi diżabilità jew kundizzjoni medika, kulma trid tagħmel hu li ssegwi l-proċedura mniżżla fuq il-paġna tagħna dwar l-opportunitajiet indaqs sabiex tippreżenta t-talba tiegħek għal aġġustament. Għandek issib ukoll it-tipi differenti ta’ aġġustamenti possibbli.
Jekk jogħġbok innota li sabiex tibbenefika minn aġġustamenti raġonevoli fl-eżamijiet ta’ selezzjoni, ikollok tipproduċi ċertifikat li jikkonferma d-diżabilità jew il-kundizzjoni medika tiegħek maħruġ minn organizzazzjoni nazzjonali kompetenti u/jew speċjalista.
X’għandi nagħmel jekk niltaqa’ ma’ xi problema teknika jew organizzazzjonali f’ċentru tal-ittestjar li tista' taffettwa l-prestazzjoni/it-test tiegħi?
Jekk tinqala’ xi problema, jekk jogħġbok kun ċert li:
- tiġbed l-attenzjoni tal-inviġilatur biex isolvi l-kwistjoni u titlob li l-inċident jiġi reġistrat bil-miktub, U
- tinnotifika bil-miktub lill-EPSO fi żmien 3 ijiem kalendarji wara t-test permezz tal-formola ta’ kuntatt online b’deskrizzjoni qasira tal-problema li ltqajt magħha.
Fejn nista' nsib aktar tagħrif dwar it-testijiet?
Il-lista sħiħa ta’ testijiet għal proċedura ta' selezzjoni speċifika hija disponibbli fl-avviż tal-kompetizzjoni/fis-sejħa għal espressjoni ta’ interess.
Tista’ ssib xi kampjuni tat-testijiet differenti fis-sit web tagħna fil-paġna ddedikata.
Bl-eċċezzjoni tal-ittestjar tal-kampjun, l-EPSO ma jipprovdi l-ebda materjal ta’ tagħlim preparatorju jew gwida rigward kif isiru t-testijiet. Xi Stati Membri jorganizzaw korsijiet ta’ taħriġ għaċ-ċittadini tal-UE għall-kompetizzjonijiet miftuħa tal-Istituzzjonijiet Ewropej. Biex tkun taf aktar, jekk jogħġbok ara l-informazzjoni fl-istess paġna.
L-ispejjeż tal-ivvjaġġar għat-testijiet huma rimborżabbli?
L-EPSO ma jikkontribwixxi għal ebda spiża tal-ivvjaġġar imġarrba mill-parteċipazzjoni tiegħek f’testijiet ibbażati fuq il-kompjuter jew testijiet preliminari/intermedji (jiġifieri testijiet b’mistoqsijiet b’għażla multipla, eżerċizzju e-tray u testijiet tat-traduzzjoni).
Il-kandidati mistiedna għall-istudju tal-każ jew għal test bil-miktub fil-qasam, u b’indirizz ta’ residenza f’pajjiż barra l-UE huma intitolati li jitolbu kontribuzzjoni għall-ispejjeż tal-ivvjaġġar tagħhom jekk it-testijiet huma parti miċ-ċentru ta’ evalwazzjoni (jekk jogħġbok irreferi għall-avviż tal-kompetizzjoni rilevanti).
Meta tipparteċipa fit-testijiet taċ-ċentru ta’ evalwazzjoni tista’, jekk tkun eliġibbli, titlob kontribuzzjoni għall-ispejjeż tal-ivvjaġġar tiegħek, iżda mhux rimborż tal-ispejjeż kollha effettivament imġarrba (l-Artikolu 2). Barra minn hekk, fir-rigward tal-ispejjeż ta’ sussistenza, hi prevista kontribuzzjoni biss jekk it-testijiet varji fiċ-ċentru ta’ evalwazzjoni jsiru fuq jumejn konsekuttivi jew huma separati b’mhux aktar minn tlett ijiem (Artikolu 6). M’int se tirċievi ebda kontribuzzjoni għall-ispejjeż ta’ akkomodazzjoni għal-lejl qabel jew għal-lejl wara ċ-ċentru ta’ evalwazzjoni skont ir-regoli hawn taħt:
- Ir-regoli dwar il-kontribuzzjonijiet finanzjarji lejn l-ispejjeż tal-ivvjaġġar u ta’ sussistenza għal persuni mistiedna għat-testijiet organizzati bħala parti minn kompetizzjoni jew proċedura ta’ selezzjoni, jew għal intervista jew eżami mediku (japplikaw għall-proċeduri ta’ selezzjoni ppubblikati mill-1 ta’ Jannar 2018)
Importanti: Jekk jogħġbok innota li għandek 3 xhur mid-data tat-test tiegħek biex tibgħat it-talba kollha għal kontribuzzjoni għall-ispejjeż tal-ivvjaġġar/tas-sussistenza.
B'mod ġenerali, l-indirizz tar-residenza indikat fil-kont tal-EPSO tiegħek se jintuża bħala l-bażi tal-kalkolu.
Jekk int eliġibbli jekk jogħġbok:
- imla d-dokumenti (il-formola tal-entitajiet legali (agħżel “Persuna fiżika”) u l-Formola ta’ Identifikazzjoni finanzjarja);
- ipprintjahom u ffirmahom;
- itlob lill-bank tiegħek biex jittimbralek il-formola ta' identifikazzjoni finanzjarja;
- ipprintja, imla u ffirma l-“formola ta’ kontribuzzjoni”;
- ibgħat id-dokumenti t’hawn fuq flimkien ma’ kopja tal-karta tal-identità jew il-passaport tiegħek, u prova tal-ivvjaġġar u/jew l-akkomodazzjoni lil:
European Personnel Selection Office
Travel expenses candidates
L-107
B-1049 Bruxelles
Belgium
Biex tkun taf aktar dwar kif tapplika għal kontribuzzjoni għall-ispejjeż tal-ivvjaġġar u tas-sussistenza, jekk jogħġbok ara din il-mistoqsija relatata.
X’inhuma l-istruzzjonijiet biex tagħmel it-testijiet bil-kompjuter?
Jekk jogħġbok iċċekkja l-Avviż ta’ Kompetizzjoni jew is-Sejħa għal Espressjoni ta’ Interess tal-proċedura tas-selezzjoni tiegħek għan-numru ta’ mistoqsijiet, it-tul ta’ żmien u l-marki minimi meħtieġa għat-testijiet.
Wasla fiċ-ċentru tal-ittestjar:
L-indirizz taċ-ċentru tal-ittestjar qiegħed imniżżel fil-link fl-ittra ta’ konferma tal-ibbukkjar tiegħek. Tista’ ssib din il-konferma fil-kont tal-EPSO tiegħek meta tkun irreġistrajt għat-testijiet. Trid tasal mill-anqas 30 minuta qabel l-appuntament tiegħek. Id-disponibbiltà mhix garantita jekk tasal tard jew jekk titlef l-appuntament tiegħek.
Nixtiequ nistednuk taqra l-mistoqsija frekwenti tagħna dwar X’inhuma r-regoli ta’ kondotta fiċ-ċentri tal-ittestjar bil-kompjuter? qabel ma tmur għat-test.
Għat-testijiet b’għażliet multipli:
Se tingħata l-ewwel post disponibbli. Jekk tasal kmieni, tista’ tingħata l-għażla li tagħmel it-testijiet tiegħek qabel il-ħin tal-eżami skedat. F’każ ta’ dewmien ta’ aktar minn 30 minuta minħabba ċirkostanzi lil hinn mill-kontroll tal-kuntratturi tagħna, pereżempju kwistjonijiet tekniċi, tista’ tistaqsi liċ-ċentru tal-ittestjar biex jagħtik appuntament ġdid f’data oħra.
Għall-istudju tal-każ, it-test bil-miktub fil-qasam u t-testijiet tat-traduzzjoni:
Il-kandidati huma rakkomandati li jaħsbu għal aktar żmien fiċ-ċentru tal-ittestjar f’każ ta’ dewmien mhux mistenni. L-iskeda tal-eżamijiet tista’ tiġi affettwata u tista’ eċċezzjonalment tirriżulta f’dewmien ta’ diversi sigħat. Dan jiddependi min-natura tal-problema. Aktar informazzjoni se tingħata fiċ-ċentru tat-testijiet innifsu jekk ikun hemm il-bżonn.
Kontroll tal-identità:
Fiċ-ċentru tal-ittestjar trid iġġib miegħek:
- konferma tal-ibbukkjar ipprintjata mill-kont tal-EPSO tiegħek;
- dokument validu li jagħti prova tal-identità tiegħek b'ritratt reċenti u l-firma, pereżempju: passaport, karta tal-identità nazzjonali, liċenzja fotografika tas-sewqan, permess ta’ residenza nazzjonali/reġjonali, karta tal-identità militari.
- Jekk l-ID fotografika provduta ma jkollhiex firma, għandha tiġi provduta prova ulterjuri tal-identità b’firma fuqha, bħal: liċenzja tas-sewqan mhux fotografika, kard bankarja/kard ta’ kreditu.
Id-dettalji personali tiegħek fuq id-dokumenti msemmija hawn fuq għandhom ikunu identiċi għal dawk fil-kont tal-EPSO tiegħek.
Bidu tat-testijiet:
Jekk jogħġbok innota li ma tistax titlob biex tbiddel l-istazzjon tax-xogħol allokat lilek.
Hekk kif it-test tiegħek jinfetaħ, int tintalab tikkonferma ismek. Jekk it-test ma jkunx f’ismek, agħfas “Le” u nnotifika lill-inviġilatur immedjatament.
L-istruzzjonijiet kollha fit-testijiet, inkluż il-filmat istruttiv, l-iskrins introduttorji kif ukoll l-istħarriġ normalment se jkunu bit-tieni lingwa tiegħek. Dan jista’ jvarja għall-kompetizzjonijiet tal-lingwisti.
Int se tagħmel it-testijiet bil-lingwi li tkun għażilt fl-applikazzjoni tiegħek. Tista’ tiċċekkja dan fil-kont tal-EPSO tiegħek. Jekk jogħġbok innota li l-għażliet lingwistiċi ma jistgħux jinbidlu ladarba l-formola ta’ applikazzjoni tkun ġiet sottomessa.
Kull stazzjon tax-xogħol għandu jkollu t-tagħmir li ġej:
- bord fejn tikteb in-noti
- marker pen
- mouse tal-lemin
- Għat-testijiet tal-proċeduri tal-għażla tal-CAST/P BISS: kalkulatur li jinżamm fl-idejn b’funzjonijiet bażiċi (muri hawn taħt jew simili, skont il-post taċ-ċentru tal-ittestjar tiegħek). Peress li qed jintużaw kalkulaturi ssimplifikati, mhux se jibqgħu jiġu pprovduti struzzjonijiet dwar il-kalkulaturi. Hi r-responsabbiltà tiegħek li tiżgura li l-kalkulatur jaħdem (inkluż it-tħassir tal-memorja) qabel il-bidu tat-testijiet.
- kalkulatur fuq skrin (ara l-istampa 4 hawn taħt), jekk tagħmel it-testijiet numeriċi
- tagħmir għall-widnejn biex telimina l-istorbju li jintrema wara l-użu (fuq talba)
- protetturi tal-widnejn, li jitqiegħdu fuq il-partizzjonijiet bejn l-istazzjonijiet tax-xogħol, jew fuq talba.
Jekk jogħġbok iċċekkja li l-oġġetti kollha jaħdmu qabel ma tibda t-testijiet tiegħek. Jekk ikollok bżonn xi għajnuna matul it-testijiet, jekk jogħġbok sejjaħ lill-inviġilatur billi tgħolli jdek.
calculator_1.jpg![]() |
calculator_2.png![]() |
calculator_3.jpg![]() |
calculator2.png![]() |
Filmat istruttiv:
Qabel ma tibda t-testijiet se jkun hemm filmat istruttiv ta’ 5 jew 10 minuti (skont it-tip ta’ test) dwar in-navigazzjoni u kif twieġeb fit-testijiet.
Billi l-ambjent tal-ittestjar u n-navigazzjoni fl-eżami huma spjegati fid-dettall fil-filmat istruttiv, il-kandidati jitqiesu li huma konxji ta’ dawn il-funzjonijiet u bħala tali l-ebda lment f’dan ir-rigward mhu se jiġi aċċettat mill-EPSO.
Għal xi mistoqsijiet li jista’ jkollok skrolja ’l isfel u ara l-mistoqsija sħiħa u t-tweġibiet kollha. Ladarba tkun lestejt il-filmat istruttiv, agħfas “TMIEM” biex tibda t-test.
Pawżiet u tmiem tat-testijiet:
Għandek tlesti t-testijiet kollha.
Jista’ jkun hemm pawża fakultattiva f’punt speċifiku matul it-testijiet. Il-mument eżatt jiġi kkomunikat fl-ittra tal-istedina.
Jekk jogħġbok oqgħod attent li, mingħajr ma trid, ittemm il-pawża (billi tikklikkja l-buttuna “END”) peress li din tagħti bidu għat-test li jmiss.
Jekk toħroġ mill-kamra tat-test fi kwalunkwe ħin matul it-testijiet (pawża mhux skedata) l-ebda ħin żejjed ma jingħatalek.
Fil-każ ta’ ċerti testijiet jekk tixtieq tlesti t-testijiet kmieni, tista’ titlaq mill-kamra bil-kwiet wara li tinnotifika inviġilatur.
Għandek tiffirma kull darba li tidħol u toħroġ mill-kamra tat-testijiet.
Stħarriġ:
Fi tmiem it-testijiet (bl-eċċezzjoni tal-e-tray), int se tintalab li tikkompleta stħarriġ fakultattiv ta’ 5 minuti dwar l-esperjenza tiegħek tal-ittestjar. Din it-taqsima ma għandhiex tintuża biex isiru kummenti/osservazzjonijiet dwar kwistjonijiet tekniċi jew talbiet għal newtralizzazzjoni ta’ mistoqsijiet (jekk jogħġbok ara l-FAQs rilevanti). Ma jingħatawx punti għall-istħarriġ.
Wara t-testijiet:
Wara li tlesti t-testijiet, inti tista’ titlob ċertifikat tal-attendenza fiċ-ċentru tat-testijiet.
Ir-riżultati tat-test ma jiġux mogħtija fiċ-ċentri tal-ittestjar.
Wara li ż-żmien tal-ittestjar ikun għalaq ir-riżultati jiġu pproċessati permezz tal-Prometric, mibgħuta lill-EPSO u approvati mill-Bord ta’ Selezzjoni f’laqgħa apposta. Tipikament, din il-proċedura tista’ tieħu diversi ġimgħat.
Jekk ikun hemm bżonn, il-perjodu tal-ittestjar jista’ jiġi estiż.
X’inhuma r-regoli ta’ kondotta fiċ-ċentri tal-ittestjar bil-kompjuter?
Kull min ma jirrispettax dawn ir-regoli ta’ kondotta jista’ jiġi eskluż miċ-ċentru tal-ittestjar u mill-bqija tal-proċedura ta’ selezzjoni:
Għandek issegwi r-Regolamenti taċ-Ċentru tat-Testijiet Prometric (disponibbli wkoll fiċ-ċentru tat-testijiet fil-jum tat-testijiet) u l-istruzzjonijiet kollha mogħtija mill-persunal taċ-ċentru tat-testijiet.
Kull sessjoni tat-test hija mmonitorjata u jittieħed filmat tagħha. Sabiex jiġi żgurat ambjent tal-ittestjar sigur, l-inviġilaturi jwettqu monitoraġġ fiżiku regolari fil-ħin li l-kandidati qed jagħmlu t-testijiet.
L-ikel u x-xorb huma permessi biss fil-kamra/fiż-żona għall-istennija iżda mhux fil-kamra tal-ittestjar. Ma jingħata ebda xorb fiċ-ċentri tal-ittestjar.
Għandek tagħmel it-testijiet bla ebda mezzi ta’ għajnuna jew tagħmir ħlief dak li hu pprovdut fiċ-ċentru tal-ittestjar.
L-oġġetti pprojbiti kollha (pereżempju, arloġġi tal-idejn, karta u pinen, kotba, noti, istruzzjonijiet, briefcases, basktijiet, kalkulaturi, kompjuters, laptops, tablets, mowbajls, MP3 plejers, kameras eċċ.) għandhom jintfew (għal kull oġġett li jipproduċi ħoss) u għandhom jitħallew f'lokers apposta pprovduti. Għal xi testijiet tat-traduzzjoni (meta dan ikun imsemmi speċifikament fl-Avviż ta’ kompetizzjoni), il-kandidati huma permessi jġibu d-dizzjunarji tagħhom stess. Jekk jogħġbok ara l-FAQ speċifika “Nista’ nġib id-dizzjunarji tiegħi għal testijiet tat-traduzzjoni?”.
Tista’ tintalab tneħħi n-nuċċali għal spezzjoni viżwali mill-qrib.
Il-ġojjellerija, minbarra ċ-ċrieket tat-tieġ u tal-għerusija, huma pprojbiti fil-kamra tal-ittestjar.
Kwalunkwe oġġett ta’ lbies jew ġojjellerija permess fil-kamra tal-ittestjar għandu jibqa’ fuq il-persuna l-ħin kollu. Jekk tneħħi xi ħwejjeġ jew ġojjellerija, dawn għandhom jinħażnu fil-loker tiegħek.
La Prometric u lanqas l-EPSO ma jistgħu jaċċettaw kwalunkwe responsabbiltà għal telf jew ħsara ta’ proprjetà li ġġib miegħek fiċ-ċentru tal-ittestjar.
Peress li l-kandidati nisa tqal huma eżentati mill-iskannjar tas-sigurtà, għandek tinforma lill-istaff tal-Prometric jekk ma tixtieqx tkun soġġetta għal dan il-kontroll.
Huwa strettament ipprojbit li tikkopja jew tirreġistra bi kwalunkwe mod il-kontenut tat-test jew tagħmlu disponibbli lill-pubbliku. Il-kontenut kollu jibqa’ proprjetà tal-EPSO.
It-tipjip hu strettament ipprojbit fiċ-ċentru tat-testijiet.
M'għandux isir diskors fil-kamra tal-ittestjar. Jekk ikollok bżonn xi għajnuna, jekk jogħġbok sejjaħ inviġilatur billi tgħolli idejk.
Kwalunkwe mġiba arroganti, abużiva, derogatorja jew ta’ theddid lejn il-persunal jew il-kandidati l-oħrajn mhix se tkun ittollerata u tista’ twassal għall-esklużjoni tiegħek mill-kompetizzjoni.
Kif nista’ nibbukkja t-testijiet bil-kompjuter tiegħi?
Inti se tiġi mgħarraf bid-dati tal-bidu u tat-tmiem tal-perjodu biex tkun tista’ tibbukkja permezz tal-kont tal-EPSO tiegħek/is-sit web tal-EPSO. Se tiġi attivata link għas-sistema ta’ bbukkjar tal-kuntrattur fil-kont tal-EPSO tiegħek biss matul dan il-perjodu tal-ibbukkjar.
Se tkun tista’ tagħżel id-data, il-ħin, il-pajjiż u ċ-ċentru tal-ittestjar skont id-disponibbiltà. Jekk jogħġbok kun af li mhux iċ-ċentri tal-ittestjar kollha se juru disponibilità fil-ħinijiet kollha. L-ippjanar ta’ kapaċità fiċ-ċentri tal-ittestjar differenti hu bbażat fuq il-ħinijiet ta’ ftuħ ta’ kull ċentru tal-ittestjar, l-għadd ta’ stazzjonijiet ta’ xogħol disponibbli, flimkien mal-għadd ta’ kandidati li għażlu dak iċ-ċentru partikolari.
Se tingħata firxa aktar limitata ta’ dati għall-ittestjar fil-każ ta’ ċerti testijiet (testijiet tat-traduzzjoni, tal-e-tray). L-istudju tal-każ u t-test bil-miktub fil-qasam huma ġeneralment organizzati fl-istess ġurnata għall-kandidati kollha.
Tista’ tagħżel ċentru tal-ittestjar differenti minn dak indikat fil-formola tal-applikazzjoni tiegħek.
Meta tiġi attivata l-link għall-ibbukkjar fuq is-sit web tal-Prometric, se ssib il-lista ta’ ċentri disponibbli għat-testijiet (fl-Istati Membri kollha tal-UE u fil-każ ta’ xi proċeduri, fid-dinja kollha). Jekk ma tiskedax appuntament matul il-perjodu tal-ibbukkjar, l-applikazzjoni tiegħek se titqies bħala rtirata.
Jekk jogħġbok iċċekkja l-kont tal-EPSO tiegħek regolarment peress li mhux se tirċievi notifika bl-email ġaladarba tiġi attivata l-link għas-sit tal-ibbukkjar.
Għandek timla l-proċedura tal-ibbukkjar sal-aħħar skrin. Jekk ma jiġi ġġenerat ebda numru ta’ konferma u ma tasal ebda email mingħand il-kuntrattur, ma tkunx imlejt l-ibbukkjar b’mod korrett.
Il-kandidati kollha jiġu offruti l-istess għadd ta' jiem biex jibbukkjaw għat-test, irrispettivament meta applikaw.
Jekk jogħġbok iċċekkja l-istampi tal-iskrin li juruk il-proċedura tal-ibbukkjar pass pass.
X’jiġri wara li nkun ibbukkjajt it-testijiet tiegħi?
Eżatt wara li tibbukkja tirċievi email ta’ konferma mingħand Prometric. Iċċekkja l-filtru tiegħek kontra l-ispam u l-posta junk jekk ma tirċevix dan il-messaġġ.
Il-kodiċi tal-eżami indikat fl-email ta’ konferma għat-testijiet MCQ u l-e-tray jikkorrispondi għat-tieni lingwa tiegħek, b’mod partikolari għal-lingwa għall-istruzzjonijiet fl-ambjent tal-ittestjar. Għall-istudju tal-każ, it-test bil-miktub fil-qasam u t-testijiet tat-traduzzjoni dan il-kodiċi jikkorrispondi wkoll għall-informazzjoni addizzjonali dwar il-lingwa tat-test u l-keyboard.
Fil-kont tal-EPSO tiegħek se tiġi applowdjata konferma tal-ibbukkjar fi żmien 48 siegħa wara l-ibbukkjar. Għandek tipprintja din il-konferma u ġġibha miegħek fiċ-ċentru tal-ittestjar, flimkien ma' prova tal-identità tiegħek (ara “X’inhuma l-istruzzjonijiet biex tagħmel it-testijiet bil-kompjuter?”).
Kif nista’ inbiddel id-data tat-testijiet bil-kompjuter tiegħi?
Matul il-perjodi tal-ibbukkjar u tal-ittestjar inti tista’ tbiddel l-appuntament tiegħek għat-test b’mistoqsijiet b'għażla multipla matul il-perjodi tal-ibbukkjar u tal-ittestjar, skont id-disponibbiltà u l-kundizzjonijiet li ġejjin:
- l-ewwel trid tistenna sakemm il-konferma tal-ibbukkjar oriġinali tiġi applowdjata fil-kont tal-EPSO tiegħek (normalment fi żmien 24 siegħa wara l-ibbukkjar) peress li jkun fiha n-numru ta’ konferma u l-kodiċi li trid tuża biex tiskeda l-appuntament mill-ġdid;
- tista’ tbiddel l-appuntament tat-test tiegħek sa ġurnata qabel;
- tista’ tagħżel biss mill-appuntamenti murija fis-sistema;
- għandek il-possibbiltà li tbiddel il-post taċ-ċentru tat-testijiet (skont id-disponibbiltà);
- trid timla l-proċedura tal-ibbukkjar mil-ġdid tal-ħin sal-aħħar skrin u fin-nuqqas ta’ dan jibqa' validu l-appuntament oriġinali tiegħek;
- trid tistampa u tieħu miegħek il-konferma tal-ibbukkjar aġġornata fiċ-ċentru tal-ittestjar.
Is-sistema ta’ ġestjoni tal-ibbukkjar tal-Prometric hija aċċessibbli mil-link fil-konferma tal-ibbukkjar fil-kont tal-EPSO tiegħek.
Jekk jogħġbok ikkonsulta l-link li ġejja għall-istampi tal-iskrin li juruk il-proċedura tal-iskedar mill-ġdid.
Ċirkostanzi eċċezzjonali
F’ċirkostanzi eċċezzjonali, bħal fil-każ ta’ mard serju, twelid ta’ tarbija, mewt ta’ konjugi, tifel/tifla, ġenitur jew aħwa, l-EPSO jista’ jawtorizza skedar mill-ġdid, skont id-disponibbiltà.
Ma tistax titlob għal skedar mill-ġdid (inkluż għal ċirkostanzi eċċezzjonali):
- fl-aħħar 7 ijiem kalendarji ta’ perjodu tal-ittestjar ta’ aktar minn 14-il jum kalendarju;
- fl-aħħar 3 ijiem kalendarji ta’ perjodu tal-ittestjar ta’ 14-il jum kalendarju jew anqas.
Għandek tikkuntattja lill-EPSO mingħajr dewmien, u tindika n-numru tal-applikant tiegħek u d-dokumenti ta’ sostenn rilevanti kollha, pereżempju ċertifikat mediku, li b'mod obbligatorju jrid ikopri d-data tal-appuntament.
Ninfurmawk minnufih hekk kif tkun ittieħdet deċiżjoni; madankollu, jekk jogħġbok innota li se jiġu kkunsidrati biss ċirkostanzi eċċezzjonali sostanzjati kif dettaljat hawn fuq.
L-iskedar mill-ġdid ma jkunx possibbli għall-istudju tal-każ, it-test bil-miktub fil-qasam, it-testijiet tal-e-tray u tat-traduzzjoni.
Kif nista’ nħassar it-testijiet bil-kompjuter tiegħi?
Jekk tiddeċiedi li ma tagħmilx it-testijiet, għandek tħassar l-appuntament tiegħek biex postok isir disponibbli għal kandidat ieħor. Dan jista' jsir onlajn sa 48 siegħa qabel il-ħin tat-test skedat tiegħek.
Din l-azzjoni hija irriversibbli u ttemm il-parteċipazzjoni tiegħek fil-proċedura ta’ selezzjoni.
Is-sistema ta’ ġestjoni tal-ibbukkjar tal-Prometric hija aċċessibbli mil-link fil-konferma tal-ibbukkjar fil-kont tiegħek tal-EPSO.
Jekk jogħġbok ikkonsulta din il-link li, permezz tal-istampi, turik pass pass il-proċedura ta’ kanċellazzjoni.
Lil min għandi nikkuntattja jekk niltaqa’ ma’ problemi tekniċi meta nibbukkja t-testijiet bil-kompjuter tiegħi?
Jekk tiltaqa’ ma’ problemi tekniċi meta tibbukkja, tiskeda mill-ġdid jew tikkanċella t-testijiet tiegħek ibbażati fuq il-kompjuter, jekk jogħġbok ikkuntattja lil Prometric direttament bit-telefown, permezz ta’ wieħed min-numri hawn taħt (mingħajr ħlas ma’ bosta fornituri tat-telekomunikazzjonijiet):
l-Awstrija: 0800 201 768
il-Belġju: 0800 80293
il-Bulgarija: 00800 1104423
il-Kroazja: 0800 222 354
Ċipru: 800 91198
ir-Repubblika Ċeka: 800 900 549
id-Danimarka: 8060 0064
l-Estonja: 800 0044 235
il-Finlandja 0800 97543
Franza: 0805 54 03 72
il-Ġermanja: 0800 101 5487
il-Greċja: 00800 4414 0600
l-Ungerija: 06 80 981 361
l-Irlanda: 1800 882 168
l-Italja: 800 917 585
il-Latvja: 800 2565
il-Litwanja: 8800 30392
il-Lussemburgu: 0800 26701
Malta: 800 62442
in-Netherlands: 0800 020 0951
il-Polonja: 00800 4411 842
il-Portugall: 800 207 477
ir-Rumanija: 0800 894557
is-Slovakkja: 0800 004 493
is-Slovenja: 0800 80871
Spanja: 900 811 189
l-Iżvezja: 201 701 533
Tista’ wkoll iċċempel +31 320 239 575. Kun af li dan mhux numru tat-telefown bla ħlas.