Skip to main content

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

Il-Qorti tal-Ġustizzja, li hi bbażata l-Lussemburgu, tinterpreta l-liġi tal-UE biex tiżgura li tiġi applikata bl-istess mod fil-pajjiżi kollha tal-UE, u tirrisolvi wkoll tilwimiet legali bejn il-gvernijiet tal-UE u l-istituzzjonijiet tal-UE. F’ċerti ċirkostanzi tista’ tintuża wkoll minn individwi, kumpaniji jew organizzazzjonijiet biex iressqu kawżi quddiem il-Qorti jekk iħossu li d-drittijiet tagħhom ġew miksura minn xi istituzzjoni tal-UE.

Il-parti l-kbira tal-persunal fis-servizzi tal-Qorti huma reklutati mil-listi ta’ riżerva tal-kompetizzjonijiet miftuħa ppubblikati fuq dan is-sit web. Madankollu, f’ċerti ċirkustanzi, il-qorti tista’ tuża persunal temporanju jew persunal kuntrattwali għal kompiti awżiljarji. Dan japplika għall-istituzzjonijiet kollha.

Location
Lussemburgu (il-Lussemburgu)