Teknologija tal-informazzjoni u komunikazzjoni (CAST Permanent)
Qabel ma tiddeċiedi jekk tixtieqx tapplika għal din/dawn il-proċedura/i ta' selezzjoni aqra d-dokumenti importanti kollha biex tiżgura li tissodisfa r-rekwiżiti kollha tal-eliġibilità fid-data tal-validazzjoni tal-applikazzjoni tiegħek.
Tista’ tapplika għal wieħed jew aktar minn dawn il-profili u/jew gruppi ta’ funzjonijiet. Nirrikkmandawlek li tagħżel biss dawk il-profili u gruppi ta’ funzjonijiet l-iktar rilevanti għall-edukazzjoni u l-esperjenza tiegħek.
Il-fatt li tippreżenta applikazzjonijiet multipli ma jżidx neċessarjament iċ-ċansijiet tiegħek li tintgħażel minn qabel.
Il-kuntratti għal din/dawn il-proċedura/i ta’ selezzjoni se jkunu fil-maġġorparti għal pożizzjonijiet fi Brussell u l-Lussemburgu. Numru limitat ta’ kuntratti jistgħu jkunu disponibbli fi bliet oħra tal-UE u f’delegazzjonijiet tal-UE mad-dinja kollha.
Għal aktar informazzjoni ara wkoll il-Mistoqsijiet u t-tweġibiet speċifiċi.
Applikazzjoni
Jekk tiddeċiedi li tapplika għal wieħed mill-profili tal-CAST permanenti jekk jogħġbok segwi dawn l-istruzzjonijiet:
- Oħloq il-profil tal-EPSO tiegħek jekk għad m’għandekx wieħed. Huwa strettament ipprojbit li jkun hemm aktar minn Profil tal-EPSO wieħed u tista’ tiġi eskluż f’kull stadju tal-proċedura tal-għażla minħabba li jkollok aktar minn kont wieħed. Jekk jogħġbok ara l-FAQs tagħna jew ikkuntattjana jekk m’intix ċert.
- Ikklikkja APPLIKA hawn taħt, biex tibda bl-applikazzjoni tiegħek.
- Illoggja fil-profil tal-EPSO tiegħek.
- Iċċekkja l-istruzzjonijiet dwar kif timla l-formola. Meta tkun qed tapplika, jekk jogħġbok qis li ssegwi l-istruzzjonijiet fuq l-iskrins.
Għandek diffikultajiet bl-aċċessibbiltà? L-aċċessibilità hi importanti ħafna għall-EPSO u qed naħdmu b’mod intensiv biex kontinwament intejbu l-aċċessibbiltà tal-proċeduri tagħna ta’ komunikazzjoni u selezzjoni.
Għadek qed tiltaqa’ ma' diffikultajiet biex taċċessa xi partijiet tas-sit web u/jew tad-dokumenti tagħna? Jekk jogħġbok ikkuntattjana! Nistgħu nipprovdulek formati aċċessibbli jew assistenza. - Imla u vvalida l-formola ta’ applikazzjoni online fil-lingwa/i mitluba mis-Sejħa għal espressjonijiet ta’ interess.
Jekk jogħġbok innota li s-Sejħa għal espressjonijiet ta’ interess tinkludi struzzjonijiet dwar il-lingwa li biha għandek tissottometti l-formola ta’ applikazzjoni tiegħek.
In-nuqqas ta’ konformità ma’ dan ir-rekwiżit jista’ jwassal għall-iskwalifika mill-proċedura ta’ selezzjoni. - Kun ċert li tagħżel il-grupp ta’ funzjoni t-tajjeb meta tapplika.
Jekk m’intix ċert liema grupp ta’ funzjoni trid tagħżel, jekk jogħġbok ikkonsulta s-Sejħa għal espressjoni ta’ interess.
Din l-informazzjoni hija indikattiva. L-EPSO jirriżerva d-dritt li jbiddel l-informazzjoni murija fi kwalunkwe ħin, u jippubblika aġġornamenti regolarment. Informazzjoni/ippjanar finali u kkonfermat jintbagħat biss permezz tal-ittri u l-messaġġi fil-kontijiet tal-EPSO tal-kandidati.
Ibbukkjar tat-Testijiet ta' Mistoqsijiet b’Għażla ta' Tweġibiet (MCQ) bil-kompjuter | 07/11/2022 - 11/11/2022 |
Testijiet b’għażliet multipli bbażati fuq il-kompjuter – perjodu tat-testijiet | 14/11/2022 - 21/11/2022 |
Testijiet b'għażla multipla bil-kompjuter – ir-riżultati | 25/11/2022 |
Ibbukkjar tat-Testijiet ta' Mistoqsijiet b’Għażla ta' Tweġibiet (MCQ) bil-kompjuter | 02/12/2022 - 06/12/2022 |
Testijiet b’għażliet multipli bbażati fuq il-kompjuter – perjodu tat-testijiet | 07/12/2022 - 14/12/2022 |
Testijiet b'għażla multipla bil-kompjuter – ir-riżultati | 22/12/2022 |
Ibbukkjar tat-Testijiet ta' Mistoqsijiet b’Għażla ta' Tweġibiet (MCQ) bil-kompjuter | 03/02/2023 - 07/02/2023 |
Testijiet b’għażliet multipli bbażati fuq il-kompjuter – perjodu tat-testijiet | 08/02/2023 - 14/02/2023 |
Testijiet b'għażla multipla bil-kompjuter – ir-riżultati | 24/02/2023 |
Ibbukkjar tat-Testijiet ta' Mistoqsijiet b’Għażla ta' Tweġibiet (MCQ) bil-kompjuter | 14/04/2023 - 18/04/2023 |
Testijiet b’għażliet multipli bbażati fuq il-kompjuter – perjodu tat-testijiet | 19/04/2023 - 25/04/2023 |
Testijiet b'għażla multipla bil-kompjuter – ir-riżultati | 05/05/2023 |
Ibbukkjar tat-Testijiet ta' Mistoqsijiet b’Għażla ta' Tweġibiet (MCQ) bil-kompjuter | 15/06/2023 - 19/06/2023 |
Testijiet b’għażliet multipli bbażati fuq il-kompjuter – perjodu tat-testijiet | 20/06/2023 - 26/06/2023 |
Testijiet b'għażla multipla bil-kompjuter – ir-riżultati | 07/07/2023 |
Dati importanti
- Ibbukkjar tat-Testijiet ta' Mistoqsijiet b’Għażla ta' Tweġibiet (MCQ) bil-kompjuter : 14/04/2023 - 18/04/2023
- Testijiet b’għażliet multipli bbażati fuq il-kompjuter – perjodu tat-testijiet : 19/04/2023 - 25/04/2023
Dokumenti importanti
Numru ta' applikazzjonijiet
EPSO/CAST/P/16/2017: 2367
EPSO/CAST/P/17/2017: 3648