Bħalissa l-EPSO qed jiżviluppa mudell aktar sempliċi u aktar rapidu ta’ kompetizzjoni. Għalhekk, iċ-ċiklu tal-kompetizzjoni tal-2023 se jitnieda biss f’Mejju 2023. Hawn taħt tista’ tara l-proċeduri ta’ selezzjoni li qed jitħejjew.
Se nżommuk infurmat bid-dettalji kollha permezz tas-sit web u l-mezzi tal-media soċjali tagħna. Sa Mejju, tista’ tkompli tikkonsulta għażla ta’ opportunitajiet ta’ xogħol tal-UE fis-sit web tagħna taħt Miftuħa għall-applikazzjoni.
- Ekonomisti (AD6 - Mejju 2023)
- Amministraturi fil-qasam tal-proprjetà intellettwali (AD6 - Mejju 2023)
- Amministraturi fl-oqsma tal-Ġestjoni tal-Kriżijiet, il-Migrazzjoni u s-Sigurtà Interna (AD7 - Ġunju 2023)
- Amministraturi fil-qasam tat-trasport (AD7 - Lulju 2023)
- Amministraturi - Ġeneralisti (AD5 - Settembru 2023)