Skip to main content
Logo tal-Kummissjoni Ewropea

Traineeships tal-Bank Ċentrali Ewropew għal kandidati fuq l-ispettru tal-awtiżmu

Il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) qed ifittex kandidati motivati u entużjasti fuq l-ispettru tal-awtiżmu biex jingħaqdu miegħu bħala apprendisti f’wieħed mill-oqsma li ġejjin:

  • Ir-Riżorsi Umani
  • Is-Sorveljanza Bankarja
  • L-Istatistika

Dan it-traineeship, miftuħ għall-kandidati fuq l-ispettru tal-awtiżmu, hu wieħed mill-ħafna inizjattivi tal-BĊE biex jattira l-aħjar talent u jżid id-diversità.

Tista’ ssib l-informazzjoni rilevanti kollha - il-kompiti li għandhom jitwettqu, il-kriterji ta’ eliġibbiltà, il-proċedura ta’ applikazzjoni - fuq il-paġna tat-traineeships tal-BĊE

L-applikazzjonijiet jagħlqu fit-22 ta’ April 2022.

Data aġġornata
22/06/2022 - 10:07