Skip to main content
Logo tal-Kummissjoni Ewropea

Mudell Ġdid tal-Kompetizzjoni – is-sitwazzjoni attwali

Il-Bord tat-Tmexxija tal-EPSO (magħmul mill-klijenti istituzzjonali tagħna) iltaqa’ fil-Lussemburgu fil-21 ta’ Ġunju, biex jikkunsidra diversi proposti fir-rigward tat-triq ’il quddiem għall-mudell il-ġdid tal-kompetizzjoni tal-EPSO. Il-Bord tat-Tmexxija kellu tweġiba pożittiva b’kawtela għall-proposti tal-EPSO, iżda qajjem numru ta’ mistoqsijiet li jiffukaw fuq riskji legali possibbli, u talbu aktar riflessjoni.

Id-Direttur tal-EPSO ngħatat mandat mill-Bord tat-Tmexxija biex tniedi eżerċizzju ta’ riflessjoni li jinvolvi l-konsulent legali tad-direttur tal-EPSO u s-servizzi legali tal-Parlament Ewropew, il-Kummissjoni Ewropea, il-Kunsill tal-UE, u l-Qorti tal-Ġustizzja. Din ir-“riflessjoni legali” se titnieda malajr kemm jista’ jkun, bl-objettiv li tipprovdi aktar gwida dwar ir-riskji legali, sa mhux aktar tard mil-laqgħa li jmiss tal-Bord tat-Tmexxija tal-EPSO, ippjanata għal Ottubru 2022.

Sadanittant, l-EPSO se jkompli jintroduċi metodi u proċessi ta’ selezzjoni innovattivi bl-għan li jagħmel il-kompetizzjonijiet tagħna aktar sempliċi, iqsar u aktar aċċessibbli għal kulħadd.

Data aġġornata
27/09/2023 - 16:22