Listi ta’ riżerva
Il-listi ta’ riżerva ppubblikati
Agħżel lista ta’ riżerva mill-menù t’hawn taħt:
Minn Mejju 2018, il-listi ta’ riżerva kollha huma ppubblikati f’din il-paġna u fil-paġni rilevanti tal-kompetizzjoni. Mhux se jinsabu elenkati aktar f’Il Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Il-listi ta’ riżerva kollha ppubblikati sa April 2018 huma disponibbli biss fil-paġni rilevanti tal-kompetizzjoni u f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Validità estiża tal-listi ta’ riżerva:
Il-validità ta’ għadd ta’ listi ta’ riżerva għall-kompetizzjonijiet miftuħin organizzati mill-EPSO ġiet estiża.
Jekk jogħġbok hawnhekk għandek issib informazzjoni aġġornata dwar dawn il-listi ta’ riżerva estiżi. Id-data tat-tmiem ta’ dawn il-listi tista’ terġa’ tiġi estiża fil-futur. Jekk jogħġbok dejjem ikkonsulta din il-paġna għall-aħħar aġġornamenti.
Nonestensjoni ta' validità tal-listi ta’ riżerva:
Peress li l-validità ta’ għadd ta' listi oħrajn ta’ riżerva ġiet estiża diversi drabi, l-awtorità tal-ħatra ddeċidiet, bi qbil mal-istituzzjonijiet kollha, li tagħlaq dawn il-listi ta’ riżerva.