Skip to main content
Logo tal-Kummissjoni Ewropea

Opportunitajiet indaqs, Diversità u Inklużjoni

It-tisħiħ tal-aċċettazzjoni soċjali, l-eliminazzjoni tal-preġudizzju u l-promozzjoni tal-benefiċċji tad-diversità fis-soċjetà tagħna huma fost l-objettivi ewlenin tal-Unjoni Ewropea.

L-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal jistinka biex joffri opportunitajiet u aċċess indaqs lill-kandidati kollha irrispettivament mir-razza, il-kulur, l-oriġini etnika jew soċjali, il-karatteristiċi ġenetiċi, il-lingwa, ir-reliġjon jew it-twemmin, l-opinjoni politika jew kwalunkwe opinjoni oħra, l-appartenenza għal minoranza, it-twelid, id-diżabbiltà, l-età, l-identità sesswali jew kwalunkwe karatteristika oħra.

Il-proċeduri ta’ selezzjoni tal-EPSO huma mfassla biex ikunu ċari, trasparenti u aċċessibbli għall-kandidati kollha. L-għan huwa li jingħataw opportunità ugwali biex juru l-kompetenzi u l-ħiliet tagħhom billi jiġu identifikati u jitneħħew il-fatturi li jimblukkaw, il-preġudizzji possibbli u r-riskji ta’ diskriminazzjoni.

L-EPSO huwa impenjat li jattira talent minn sfondi differenti. Hu jaħdem bis-sħiħ biex iżid id-diversità tar-riżerva ta’ talenti tal-UE sabiex is-servizz ċivili tal-UE jkun rappreżentattiv tad-diversità taċ-ċittadini li jirrappreżenta u jaqdi.

Qed tiltaqa’ ma’ diffikultajiet fl-aċċessibbiltà? Aqsam il-feedback tiegħek mal-EPSO biex tgħin fit-titjib tal-aċċessibbiltà tal-proċeduri ta’ komunikazzjoni u selezzjoni tiegħu. Jekk qed tiltaqa’ ma’ diffikultajiet biex taċċessa xi partijiet ta’ dan is-sit web u/jew dokumenti, ikkuntattjana u se nweġbuk mill-aktar fis possibbli. Jekk ikun meħtieġ, l-EPSO jipproduċi formati adattati aċċessibbli għat-teknoloġija ta’ assistenza.

Għandek bżonn aġġustamenti speċjali għall-eżamijiet ta’ selezzjoni tal-EPSO minħabba xi diżabbiltà jew kundizzjoni medika? Skopri aktar billi tiċċekkja t-taqsima ta’ informazzjoni importanti fuq il-lemin ta’ din il-paġna.