Skip to main content
Logo tal-Kummissjoni Ewropea

Jack K. (Kummissjoni Ewropea)

Picture of kelly

“In-nies xi drabi jagħtu reputazzjoni ħażina lil-Lussemburgu f’dak li għandu x’jaqsam mad-divertiment ta’ billejl. Ovvjament dawn in-nies qatt ma esperjenzaw lejlet il-jum nazzjonali tal-Gran Dukat (23 ta’ Ġunju). Mijiet ta’ eluf jinġabru fit-toroq pittoreski Medjevali tal-kapitali biex jaraw id-dwal u l-wiri tal-logħob tan-nar spettakolari, ovvjament l-ispiża mhix problema! Kull triq għandha DJ jew banda ddoqq u l-ħwienet tax-xorb kollha huma miftuħa sas-sebħ! Il-parir tiegħi, aqbad flixkun sparkling wine eċċellenti Lussemburgiż u iġbed lejn il-wied tal-Pétrusse biex tikseb veduta mingħajr xkiel tal-logħob tan-nar. Imbagħad ippassiġġa għal riħek fil-kwartier Medjevali tal-Grund u gawdi l-mużika u ż-żfin.”