Skip to main content
Logo tal-Kummissjoni Ewropea

Preslav M, Assistent Finanzjarju

Ilni naħdem fil-Parlament Ewropew għal ħames snin. Fl-Unità tiegħi, aħna nagħtu pariri u nappoġġjaw lill-Membri tal-Parlament Ewropew (MEPs) fil-ġestjoni tal-kuntratti tal-assistenti lokali u tal-fornituri tas-servizzi lokali tagħhom. “Lokali” f’dan il-kuntest tfisser li l-operazzjonijiet qed iseħħu fil-pajjiżi li fihom ġew eletti l-MEPs. 

Ir-rwol tiegħi huwa li niżgura li t-talbiet tal-MEPs jiġu ttrattati b’mod professjonali u li l-pagamenti lill-istaff u lill-fornituri tas-servizzi tagħhom isiru fil-ħin. Parti importanti minn xogħli huwa li nivverifika u niggarantixxi l-legalità u r-regolarità ta’ dawn it-tranżazzjonijiet billi niżgura li jiġu osservati r-regoli xierqa. 

Il-varjetà ta’ sitwazzjonijiet u mistoqsijiet li qed niffaċċja kuljum, filwaqt li għandi kuntatt dirett mal-MEPs u l-assistenti tagħhom, hija dik li nqis bħala l-aktar aspett ta’ sfida iżda wkoll interessanti ta’ xogħli. Barra minn hekk, huwa ta' sodisfazzjoni kbir li nkun naf li xogħli jikkontribwixxi għall-ġestjoni soda u trasparenti tal-finanzi u l-baġit tal-Parlament.