Skip to main content
Logo tal-Kummissjoni Ewropea
Picture of Vera

Vera P. (Kummissjoni Ewropea)

“Peress li għandi żewġt iklieb, napprezza li Brussell hija belt li tilqa’ l-klieb b’ħafna żoni fejn jistgħu jiġru liberament. L-ispazji ħodor kollha madwar il-belt bħal Bois de La Cambre jew Fôret des Soignes huma ta’ vantaġġ kbir u fihom tista’ ssib mogħdijiet għall-mixi u għar-roti. Barra minn hekk, in-network ferrovjarju huwa pjuttost tajjeb u jippermettilna niskopru bliet u rħula Belġjani fejn nistgħu mmorru u niġu lura fl-istess ġurnata. L-aħħar iżda mhux l-inqas, il-ħajja kulturali intensa! Dejjem hemm xi ħaġa interessanti li qed isseħħ fil-belt.”