Skip to main content
Logo tal-Kummissjoni Ewropea

Traineeships fl-istituzzjonijiet, il-korpi u l-aġenziji tal-UE

Picture with all trainees

Sir “trainee tal-UE”!

Programm ta’ traineeship mal-istituzzjonijiet, il-korpi u l-aġenziji tal-UE se joffrilek:

  • ċans uniku biex tibda tesperjenza x’inhi karriera mal-UE

  • opportunità biex ittejjeb il-ħiliet professjonali tiegħek

  • opportunità kbira għat-tkabbir personali

It-“traineeships tal-UE” huma disponibbli f’firxa wiesgħa ta’ oqsma bħal:

  • ir-riżorsi umani

  • il-komunikazzjoni

  • it-teknoloġiji tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni

  • il-liġi tal-kompetizzjoni 

  • il-politika ambjentali

  • ir-relazzjonijiet esterni

  • il-politika tal-iżvilupp

  • u ħafna aktar!

Il-biċċa l-kbira tat-traineeships normalment idumu 5/6 xhur (xi wħud jistgħu jkunu iqsar/itwal). It-“traineeships tal-UE” huma bi ħlas (il-ħlas ivarja skont l-organizzazzjoni ospitanti).
Fil-menù li jinżel hawn taħt, tista’ tfittex opportunitajiet ta’ traineeship disponibbli billi tagħżel istituzzjonijiet, korpi u aġenziji differenti tal-UE.
Awguri!

Jekk jogħġbok innota li l-informazzjoni disponibbli f’din il-paġna mhijiex eżawrjenti. Kull istituzzjoni, korp u aġenzija tal-UE huma responsabbli għall-immaniġġjar tal-proċeduri tal-għażla u r-reklutaġġ tat-traineeships tagħhom stess.