Skip to main content
Logo tal-Kummissjoni Ewropea

Traineeships

Postijiet: 
Brussell (il-Belġju)

Istituzzjoni/Aġenzija

L-SRB huwa parti mill-Programm ta’ Traineeship tal-Bluebook u hu miftuħ għal gradwati universitarji mid-dinja kollha. It-trainees jingħataw l-istess tip ta’ kompiti bħall-gradwati li għadhom kif ġew reklutati. Fil-prattika, dan jinkludi l-organizzazzjoni ta’ gruppi ta’ ħidma u laqgħat, il-ġbir ta’ informazzjoni u dokumentazzjoni, it-tħejjija ta’ rapporti u t-tweġiba għal mistoqsijiet, kif ukoll il-parteċipazzjoni f’laqgħat tal-unità u avvenimenti oħra.

Min jista’ japplika: Il-gradwati tad-dixxiplini li ġejjin jistgħu japplikaw ġaladarba l-lawrja tagħhom tkun diġà ngħatat: Riżoluzzjoni, Ibbankjar, Finanzi, Ekonomija, Politika, Riżorsi Umani, Komunikazzjonijiet, ICT u Liġi. Iċ-ċittadinanza tal-UE mhix obbligatorja (numru żgħir ta’ postijiet huma riżervati għal ċittadini mhux tal-UE), iżda hu meħtieġ l-għarfien ta’ żewġ lingwi tal-UE. Esperjenza ta’ xogħol u edukazzjoni postgradwatorja huma aspetti pożittivi iżda mhumiex kriterji tal-eliġibbiltà.

Tul ta’ żmien: 5 xhur

Bi ħlas: Iva. €1,220.78 u allowance għall-ivvjaġġar - It-Traineeship tal-Bluebook hu organizzat darbtejn fis-sena.

Dati tal-Bidu: 1 ta’ Marzu u 1 ta’ Ottubru.