Skip to main content
Logo tal-Kummissjoni Ewropea

Traineeships (profili amministrattivi)

Miftuħa għal applikazzjoni
03/08/2022
Data tal-għeluq
17/08/2022 12:00
Postijiet: 
Pariġi (Franza)

Istituzzjoni/Aġenzija

L-EBA toffri traineeships bi ħlas għal gradwati reċenti bl-għan li tipprovdilhom esperjenza unika u diretta tal-ħidma tal-EBA, fehim tal-objettivi inklużi l-għanijiet tar-regolamentazzjoni finanzjarja u s-sorveljanza b’mod ġenerali, u speċifikament tal-objettivi tal-EBA.
It-trainees magħżulin se jkollhom l-opportunità li jiżviluppaw għarfien espert fl-oqsma tar-Riżorsi Umani, il-Finanzi, l-IT, is-Servizzi Korporattivi. Huma se jikkontribwixxu għall-ħidma ta’ kuljum tal-Awtorità u jitgħallmu dwar l-ambjent tax-xogħol tal-Aġenziji tal-UE filwaqt li jgawdu ħajja eċċitanti f’Pariġi.
Is-sejħa għat-trainees tal-2022 tinkludi sitt profili fl-oqsma tal-unitajiet tal-operazzjonijiet:

  •  Assistenza lit-Timijiet tal-EBA – Ref. tal-Profil: TR ADMIN 2022/EBAT
  •  Assistenza lill-unità tal-Komunikazzjoni (Coms) – Ref. tal-Profil: TR ADMIN 2022/COMMS
  •  Assistenza lill-Unità tal-Finanzi u l-Akkwist (FP) – Ref. tal-Profil: TR ADMIN 2022/FP
  •  Assistenza lill-Unità tar-Riżorsi Umani (HR) – Ref. tal-Profil: TR ADMIN 2022/HR
  •  Assistenza lill-Unità tat-Teknoloġija tal-Informazzjoni (IT) – Ref. tal-Profil: TR ADMIN 2022/IT
  •  Assistenza lill-Unità tal-Appoġġ Korporattiv (CS) – Ref. tal-Profil: TR ADMIN 2022/CS

Min jista’ japplika: Gradwati reċenti
Tul ta’ żmien: It-traineeship fl-EBA hu offrut għal perjodu inizjali ta’ 6 (sitt) xhur u jista’ jiġi estiż għal perjodu ieħor ta’ mhux aktar minn 12-il (tnax-il) xahar, li ma jaqbiżx tul ta’ żmien totali ta’ 18-il (tmintax-il) xahar
Bi ħlas: skont id-Deċiżjoni tal-EBA dwar it-Traineeships (disponibbli fis-sit web tal-EBA)
Dati tal-Bidu: varji