Skip to main content
Logo tal-Kummissjoni Ewropea

Traineeships (profili varji) - ESMA

Miftuħa għal applikazzjoni
29/03/2021
Data tal-għeluq
31/12/2022 - 13:00 (ħin ta' Brussell)
Postijiet: 
Pariġi (Franza)

L-ESMA organizzat sejħiet ġenerali għal espressjoni ta’ interess għal pożizzjonijiet ta’ traineeship, mingħajr ebda skadenza speċifika għall-applikazzjonijiet għall-profili li ġejjin:

  • Trasversali
  • Legali
  • Swieq Finanzjarji

L-għan tal-programmi ta’ traineeships tagħna hu li jipprovdu lill-gradwati/lill-istudenti universitarji li għadhom ma ggradwawx b’esperjenza unika u diretta tal-ħidma tal-ESMA.

It-traineeships joffru 6-12-il xahar taħriġ applikat fl-analiżi tas-suq, fl-istatistika jew fil-ġestjoni tad-data. Huma jipprovdu wkoll għarfien dwar kwistjonijiet kunċettwali u empiriċi tal-funzjonament u l-integrazzjoni tas-suq finanzjarju, kif ukoll ir-regolamentazzjoni, is-superviżjoni u l-infurzar fl-Unjoni Ewropea.

Għal aktar informazzjoni jekk jogħġbok ikkonsulta l-avviżi ta’ postijiet battala disponibbli fuq il-portal tar-reklutaġġ tal-ESMA.

Min jista’ japplika: Gradwati u studenti universitarji li għadhom ma ggradwawx

Tul ta’ żmien: 6 xhur bil-possibbiltà ta’ estensjoni oħra ta’ 6 xhur (għal massimu ta’ 12-il xahar b’kollox)

Bi ħlas:

  • €1201.57 (traineeship għall-istudenti universitarji li għadhom ma ggradwawx)
  • €1802.36 (traineeship għall-gradwati)

Dati tal-Bidu: varji