Skip to main content
Logo tal-Kummissjoni Ewropea

Agħmel differenza għall-Ewropa

Hands holding stars in blue and yellow, the same colours of the EU flag

Aħdem magħna biex nibnu l-futur tal-Unjoni Ewropea. Se tgħinna narrikkixxu l-ħajja ta’ madwar 450 miljun ruħ u nikkontribwixxu għall-benesseri tal-komunità kollha tal-UE.

Se jkollok rwol attiv fil-promozzjoni tal-ugwaljanza, fit-trawwim tal-iżvilupp soċjali u ekonomiku, fil-protezzjoni tal-konsumaturi, fl-appoġġ għar-riċerka xjentifika u fit-tfassil tal-futur diġitali tal-UE.

Se tikkontribwixxi għal bidla pożittiva b’ħafna modi u se tgħin biex jiġu indirizzati l-isfidi globali, mill-emerġenzi tas-saħħa u ambjentali sat-twettiq aktar sostenibbiltà fl-ekonomija tal-UE bl-implimentazzjoni tal-Patt Ekoloġiku.

Aqra din il-gwida (disponibbli fi 24 lingwa) biex issib aktar informazzjoni dwar x’inhi u x’tagħmel l-UE.

Kemm taf tajjeb l-UE u l-ħajja bħala uffiċjal tal-UE? Agħmel l-awtotest tagħna biex issir taf.