Skip to main content

Xogħol u ħajja fi Brussell

Picture of Bruxelles (Parc du Cinquentenaire)

Informazzjoni dwar l-għajxien fil-belt kapitali tal-Belġju, fejn diversi istituzzjonijiet u korpi tal-UE għandhom il-kwartieri ġenerali tagħhom

Brussell hija belt kapitali żgħira iżda vibranti u għandha ħafna x’toffri. Qed taħseb jekk Brussell hijiex il-post it-tajjeb għalik u għal familtek biex tgħix? Mela ara l-links t’hawn taħt biex titgħallem aktar.

  • Expat Welcome Desk: informazzjoni dwar il-ħajja fi Brussell, inklużi aspetti amministrattivi (EN, FR u NL).
  • Brussels-Capital Region: informazzjoni dwar il-kultura, id-divertiment, l-isport, it-trasport pubbliku, l-edukazzjoni u l-akkomodazzjoni (EN, FR u NL).
  • City of Brussels: informazzjoni dwar il-kultura, id-divertiment, l-isport, it-trasport pubbliku, l-edukazzjoni u l-akkomodazzjoni (EN, FR u NL).
  • Brussels Mobility: informazzjoni u aħbarijiet dwar it-trasport pubbliku u inizjattivi relatati mal-mobbiltà fi Brussell (EN, FR u NL).
  • Visit Brussell: informazzjoni dwar attivitajiet ta’ divertiment, inklużi ristoranti u avvenimenti kulturali (EN, FR, NL, ES, DE, IT u PT).
  • Brussels Museums: informazzjoni dwar il-mużewijiet kollha ta’ Brussell, kbar u żgħar (EN, FR u NL).
  • Brussels Agenda: informazzjoni dwar il-postijiet tal-kunċerti, is-swali taċ-ċinema, il-ħajja billejl, l-attivitajiet għall-familji u aktar (EN, FR u NL).
  • BOZAR: informazzjoni bl-EN, FR u NL, dwar programm kulturali dinamiku u diversifikat ta’ kunċerti u wirjiet: approċċ multidixxiplinari li fih jiltaqgħu dibattiti, teatru, ċinema, letteratura u dixxiplini oħra biex jirriflettu dwar il-konnessjonijiet bejn l-arti u s-soċjetà.
  • Brussels Times: tgħallem aktar dwar x’qed jiġri fi Brussell kuljum, inkluża l-politika lokali (EN).

 

Konjuġi u sħab

Jekk qed tippjana li tmur tgħix Brussell biex taħdem mal-UE u l-konjuġi jew is-sieħeb/sieħba tiegħek qed jakkumpanjawk, jista’ jkun li tixtieq titgħallem aktar dwar l-appoġġ offrut minn Actiris Brussels lil persuni li jkunu għadhom kif waslu Brussell biex jgħinuhom isibu impjieg. Is-sit tagħhom huwa disponibbli bl-EN, FR u NL

 

Dikjarazzjoni ta’ ċaħda ta’ responsabbiltà: jekk jogħġbok innota li l-links ipprovduti hawn fuq huma esterni għall-EPSO. L-EPSO ma jistax jinżamm responsabbli għall-informazzjoni pprovduta minn entitajiet esterni.