Skip to main content

Xogħol u ħajja fil-Lussemburgu

Il-Lussemburgu, li jinsab f’salib it-toroq bejn Franza, il-Belġju u l-Ġermanja, huwa famuż għall-enerġija kosmopolitana kif ukoll għall-kwalità tal-ħajja u l-istandard tal-għajxien tiegħu.

Mhux ta’ b’xejn huwa wieħed mill-aktar pajjiżi ferħana fid-dinja.

Dan in-nazzjon prosperu jospita 626,000 persuna ta’ 170 nazzjonalità differenti, li jitkellmu madwar 80 lingwa differenti.

Il-pajjiż u l-belt kapitali tiegħu – il-Belt tal-Lussemburgu – huma eżempju uniku ta’ tradizzjoni u modernità, b’taħlita ta’ bini kontemporanju, kastelli u natura spettakolari. Kollha tista’ tasal għalihom f’temp ta’ mixja qasira jew vjaġġ qasir bil-karozza.

 

Suq tax-xogħol vibranti

F’dawn l-aħħar snin, l-istituzzjonijiet tal-UE u ħafna kumpaniji internazzjonali għażlu lil-Lussemburgu bħala l-kwartieri ġenerali tagħhom. 

Bit-tieni l-ogħla PDG per capita tad-dinja bħalissa u l-akbar ċentru bankarju privat fiż-Żona tal-Euro, il-Lussemburgu sar dejjem aktar attraenti għall-professjonisti kwalifikati. Is-suq tax-xogħol li qed jespandi tal-pajjiż huwa attraenti ħafna għall-konjuġi tal-impjegati taċ-ċivil li jfittxu opportunitajiet ta’ xogħol.

It-tkabbir ekonomiku u l-iżvilupp tal-Lussemburgu, wasslu għal żieda fil-popolazzjoni u ħolqu soċjetà miftuħa fejn kulħadd iħossu milqugħ. Il-kulturi u l-lingwi jitħalltu bla xkiel u kemm il-familji kif ukoll il-persuni waħedhom jistgħu faċilment jagħmlu l-ħbieb.

F’dan in-nazzjon multilingwi, l-Ingliż, il-Franċiż, il-Ġermaniż u l-Lussemburgiż huma l-erba’ lingwi l-aktar mitkellma. Peress li l-persuni espatrijati jiffurmaw kważi nofs il-popolazzjoni, il-ħajja ta’ kuljum tiżvolġi wkoll bil-Portugiż, it-Taljan, l-Ispanjol, l-Iżvediż, il-Finlandiż, ir-Rumen, fost oħrajn.

 

Pajjiż wieħed, diversi vantaġġi

Minbarra ekonomija li qed tiffjorixxi, il-Lussemburgu joffri lir-residenti firxa wiesgħa ta’ benefiċċji, bħal:

 

Lil hinn mix-xogħol, il-maġija tan-natura

 

Il-Lussemburgu jinfirex b’mod armonjuż bejn il-belt u n-natura u jestendi minn bini urban u storiku għal lagi, għoljiet u foresti.

Il-pajsaġġ seren u varjat tal-pajjiż joffri divertiment lill-individwi u lill-familji u huwa perfett biex taqta’ mill-istress tal-ħajja ta’ kuljum.

Kemm jekk bil-mixi jew bil-karozza, il-Lussemburgu joffri dawra mżewqa bi ftit minn kollox: miċ-ċentru tal-belt il-qadima tal-Lussemburgu - sit ta’ Wirt Dinji tal-UNESCO - għal kastelli fil-quċċata tal-għoljiet, pjanuri, widien, xmajjar u l-ewwel riżerva Ewropea tan-natura transfruntiera.

Ir-rispett għall-ambjent huwa ta’ importanza kbira fil-Lussemburgu u meta tiġi biex tiddeverti, hawnhekk in-natura hija alleata tiegħek. Network kbir ta’ mogħdijiet għall-mixi u 600 kilometru ta’ perkorsi għaċ-ċikliżmu jagħmlu l-ivvjaġġar ekoloġiku bejn il-pajjiżi possibbli u sikur.

Dawk li jħobbu l-ilma jistgħu jagħżlu minn għadd kbir ta’ attivitajiet bħall-canoeing, il-kayaking, l-iskijjar tal-ilma, l-għawm, il-paddle boarding, is-sajd u ħafna aktar.

 

L-UE fil-Lussemburgu

Bħala wieħed mill-membri fundaturi oriġinali tal-UE, il-Lussemburgu jospita l-ogħla konċentrazzjoni ta’ istituzzjonijiet u korpi tal-UE:

 

Opportunitajiet ta’ xogħol fil-Lussemburgu

Żur il-paġna tagħna dwar l-Opportunitajiet ta’ impjieg biex issib postijiet tax-xogħol battala fil-Lussemburgu li bħalissa huma miftuħin għall-applikazzjoni.

 

Dikjarazzjoni ta’ ċaħda ta’ responsabbiltà: jekk jogħġbok innota li l-links ipprovduti hawn fuq huma esterni għall-EPSO. L-EPSO ma jistax jinżamm responsabbli għall-informazzjoni pprovduta minn entitajiet esterni.