Opportunità biex tagħmel differenza għall-Ewropa
Qed tfittex karriera eċċitanti u ġdida f’ambjent dinamiku u li għaddej b’pass mgħaġġel? Mela tfittix iktar. Itfa’ ħarstek fuq l-UE. Sew jekk taħdem ma’ istituzzjoni tal-UE jew ma’ aġenzija tal-UE, l-UE toffri post tax-xogħol stimolanti u ta’ sfida għal kulħadd. L-UE tilqa’ applikanti minn kull qasam tal-ħajja. Għalhekk, karriera mal-UE tfisser li taħdem ma’ grupp ta’ kollegi varjat u multikulturali. Se jkollok ukoll l-opportunità li tisfrutta bis-sħiħ il-ħiliet lingwistiċi tiegħek. Ħafna mill-postijiet fil-livell tal-UE jeħtiġulek li tkun taf titkellem mill-inqas żewġ lingwi tal-UE. Ibda karriera mal-UE u se tkun tista’ ttejjeb iktar il-ħiliet lingwistiċi tiegħek billi tattendi korsijiet tal-lingwa. L-appoġġ se jiġi offrut ukoll lill-membri tal-persunal ġodda kollha biex ikun żgurat li huma jsarrfu l-potenzjal sħiħ tagħhom fil-karriera magħżula minnhom. Jiġi offrut salarju kompetittiv lill-applikanti kollha li jgħaddu mill-proċess sħiħ ta’ selezzjoni.
L-UE toffri għadd kbir ta’ opportunitajiet ta’ karriera fi Brussell, fil-Lussemburgu u fi bliet oħra tal-UE. Toffri wkoll bosta postijiet f’aġenziji bbażati fl-Ewropa kollha u fid-delegazzjonijiet tal-UE fid-dinja kollha.