FAQs

Home > FAQs > X’inhu Kont tal-EPSO?

X’inhu Kont tal-EPSO?

Kategoriji tal-mistoqsijiet: 

Il-Kont tal-EPSO huwa reġistru elettroniku tad-dettalji personali u tal-applikazzjonijiet kollha tiegħek għall-proċeduri ta' selezzjoni tal-EPSO. Hemm link dirett biex toħloq jew tilloggja fil-Kont tal-EPSO tiegħek fuq il-paġni kollha tas- sit web tal-EPSO.

Jintuża wkoll biex l-EPSO jibgħat messaġġi lill-kandidati. Għalhekk, għandek tikkonsulta l-Kont tal-EPSO tiegħek tal-inqas darbtejn fil-ġimgħa. 

Qabel tapplika, se tintalab toħloq Profil tal-EPSO, jekk għad m’għandikx wieħed.

Jista' jkollok Kont tal-EPSO wieħed biss, li għandek tuża għall-proċeduri ta' selezzjoni kollha. Huwa strettament ipprojbit li jkun hemm aktar minn Kont tal-EPSO wieħed u tista’ tiġi eskluż f’kull stadju tal-proċedura tal-għażla minħabba li jkollok aktar minn kont wieħed. Jekk jogħġbok ikkuntattjana jekk m’intix ċert.

Sabiex toħloq il-Kont tiegħek, ikklikkja l-link “Oħloq il-kont tal-EPSO tiegħek” u imla l-informazzjoni meħtieġa kollha. Hemm għajnuna komprensiva dwar kif toħloq il-Kont tiegħek u biex timla l-formola tal-applikazzjoni online fil- manwal għall-applikazzjoni online.

Id-dettalji personali tiegħek u d-dettalji tal-aċċess għall-Kont tal-EPSO tiegħek iridu jkunu dejjem aġġornati.

Jekk, fi kwalunkwe stadju tal-proċedura, l-EPSO jinnota li ħloqt iktar minn Kont wieħed, tista’ tiġi eskluż (ara t-Taqsima 2.1.2 tar- Regoli Ġenerali li jirregolaw il-Kompetizzjonijiet Miftuħa).

It-tweġiba kienet utli?

Iva Le