Skip to main content

Traineeships

Il-programmi ta’ traineeships tal-UE joffru opportunità unika biex tingħata idea ta’ x’inhi karriera fl-UE.

Kull sena, aktar minn 2,000 trainee jżidu l-ħiliet professjonali tagħhom, jespandu n-network tagħhom u jpoġġu t-teorija akkademika fil-prattika permezz tal-programmi tat-trainees tal-UE. Il-biċċa l-kbira tal-istituzzjonijiet, il-korpi u l-aġenziji tal-UE jorganizzaw traineeships li normalment idumu diversi xhur.

It-traineeships joffru għarfien tajjeb ħafna tal-ħidma tal-UE u huma disponibbli f’firxa wiesgħa ta’ oqsma bħal-liġi tal-kompetizzjoni, ir-riżorsi umani, il-politika ambjentali, il-komunikazzjoni u ħafna aktar.

Kull istituzzjoni, korp u aġenzija tal-UE tmexxi individwalment il-proċeduri ta' selezzjoni tat-traineeships tagħha stess.

Fil-menù li jinżel hawn taħt, tista’ tfittex opportunitajiet ta’ traineeship disponibbli billi tagħżel istituzzjonijiet, korpi u aġenziji differenti tal-UE.

Jekk jogħġbok innota li mhux il-programmi ta’ traineeship kollha disponibbli qed jintwerew fuq dan is-sit.