Skip to main content
Logo tal-Kummissjoni Ewropea

Għaliex il-punteġġ tiegħi fit-talent screener kien iktar baxx milli stennejt?

Skont il-każistika rilevanti tal-Qorti l-konvinzjoni personali tiegħek dwar kif il-kwalifiki/l-esperjenza tiegħek kellhom ikunu evalwati hija suġġettiva u ma tistax tissostitwixxi l-valutazzjoni tal-Bord ta’ Selezzjoni. Din ma tikkostitwixxix prova inkonfutabbli ta’ żball manifest imwettaq mill-Bord.

Inti responsabbli biex tipprovdi lill-Bord ta’ Selezzjoni bl-informazzjoni kollha li hija meħtieġa biex jivvaluta t-Talent Screener tiegħek, jiġifieri agħti biżżejjed dettalji u wieġeb il-mistoqsijiet kollha.

Elementi differenti jistgħu jispjegaw id-deċiżjonijiet tal-Bord ta’ Selezzjoni dwar l-għoti tal-punti skont il-kriterji ta’ evalwazzjoni stabbiliti minn qabel tal-Bord:

  • Id-diploma tiegħek u/jew is-suġġetti koperti mhumiex konformi biżżejjed mal-kriterji stabbiliti minn qabel
  • L-esperjenza tiegħek mhix marbuta biżżejjed man-natura tad-dmirijiet speċifikati fl-avviż ta’ kompetizzjoni
  • In-natura tal-kompitu tiegħek/it-tip ta’ responsabbiltajiet involuti f’xogħlok (eż. f’termini ta’ livell ta’ baġit jew numru ta’ persuni mmaniġġjati) mhix konformi mal-kriterji stabbiliti minn qabel jew mhix dettaljata biżżejjed fit-tab tat-Talent Screener tal-formola tal-applikazzjoni tiegħek
  • It-tul tal-esperjenza professjonali tiegħek mhux speċifikat b’mod ċar (eż. id-dati eżatti tal-bidu u tat-tmiem) 
  • L-esperjenza tiegħek fil-qasam mhix twila biżżejjed/inkisbet wara d-diploma li tagħti aċċess għall-kompetizzjoni
  • Inti weġibt “le” u konsegwentement ma ngħatajt ebda punt għall-mistoqsija/ijiet
  • Inti rreferejt għat-tweġiba li tajt għal mistoqsija oħra (il-marki ma jingħatawx diversi drabi għal entrati li jirrepetu l-istess informazzjoni peress li kull esperjenza rilevanti tista’ tingħadd darba biss).
  • Fit-Talent Screener tiegħek inti rreferejt għal parti oħra tal-formola tal-applikazzjoni li ma titqiesx għall-iskrinjar
  • Inti ma weġibtx il-mistoqsijiet kollha tat-Tab tat-Talent Screener tal-formola tal-applikazzjoni tagħna