Jekk il-Bord tas-Selezzjoni jaċċettak mill-ġdid wara li tkun saret ir-reviżjoni, inti tidħol mill-ġdid fil-proċess fl-istadju fejn tkun ġejt eskluż, irrispettivament minn fejn tkun waslet sadattant il-kompetizzjoni.
X’jiġri jekk niġi aċċettat mill-ġdid wara r-reviżjoni iżda l-kompetizzjoni tkun diġà għaddiet għall-pass li jmiss?
Issottomettejt talba għal reviżjoni u ma rċevejtx tweġiba, jeħtieġli nibgħat tfakkira?
Jekk irċevejt konferma tar-riċevuta wara li tkun bgħatt l-ilment inizjali tiegħek, ma għandekx tibgħat tfakkira sakemm ma jkunx għadda tul ta’ żmien sinifikanti minn mindu ktibt.
It-tweġibiet għal reviżjoni jistgħu jieħdu diversi ġimgħat biex jitħejjew. Il-Bord tas-Selezzjoni għandu jiltaqa’ biex jiddeċiedi, u hu biss wara li jsir dan li t-tweġibiet ikunu ppreparati u mibgħutin.
Jiena għandi diżabbiltà u kelli l-problemi biex naċċessa l-profil tal-EPSO u/jew matul il-proċedura ta’ selezzjoni tiegħi. Lil min għandi nikkuntattja biex naqsam l-osservazzjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tiegħi?
Accessibility is very important to EPSO. We continually work to improve the accessibility of our communication and selection procedures.
However, if you run into difficulties linked to the accessibility of your EPSO account or our website, please contact us to share your observations and recommendations.
If necessary, EPSO produces adapted formats accessible to assistive technology
Your feedback is essential to us. It helps us improve our services by making them more accessible to everyone.
You can find out more about EPSO's work to improve accessibility on our equal opportunities webpage.
X’għandi nagħmel jekk inħoss li ġejt ittrattat b’mod inġust matul il-kompetizzjoni minħabba d-differenza/i tiegħi?
L-EPSO jagħti importanza kbira lill-ugwaljanza, id-diversità u l-inklużjoni, u jagħmel kull sforz sabiex jirrispetta l-opportunitajiet indaqs, it-trattament ugwali u l-aċċess ugwali għall-applikanti kollha tiegħu.
Jekk tħoss li ġejt ittrattat b’mod inġust jew diskriminatorju, minħabba waħda mill-karatteristiċi li ġejjin jew aktar: is-sess, ir-razza, il-kulur, l-oriġini etnika jew soċjali, il-karatteristiċi ġenetiċi, il-lingwa, ir-reliġjon jew it-twemmin, l-opinjoni politika jew xi opinjoni oħra, l-appartenenza għal minoranza nazzjonali, il-proprjetà, it-twelid, id-diżabbiltà, l-età jew l-orjentazzjoni sesswali, jekk jogħġbok ikkuntattjana minnufih biex taqsam l-osservazzjonijiet u l-emozzjonijiet tiegħek.
Aħna nagħtu attenzjoni kbira lill-feedback mingħand l-applikanti, li huma fil-qalba tal-politiki u l-prassi tagħna dwar l-immaniġjar tal-ugwaljanza, tad-diversità u tal-inklużjoni. Għal aktar informazzjoni dwar kif nipprattikaw dawn il-politiki, jekk jogħġbok ara l-paġna web tagħna ddedikata għall-opportunitajiet indaqs.
Innutajt diskrepanza bejn il-kummenti għall-intervista bbażata fuq l-għarfien tiegħi u l-punteġġ li ksibt fl-istadju tat-talent screener. Hemm xi żball?
It-Talent Screening hu parti mill-fażi ta’ ammissjoni fejn is-selezzjoni ssir biss abbażi tal-informazzjoni pprovduta fit-tab “Talent Screener” tal-formola tal-applikazzjoni filwaqt li, intervista bbażata fuq l-għarfien hi intervista strutturata li hi parzjalment ibbażata wkoll fuq l-informazzjoni pprovduta fit-tab “Talent Screener”, iżda hi maħsuba biex tivvaluta l-kompetenzi speċifiċi tiegħek. Peress li l-punteġġ tiegħek seta’ jvarja skont il-prestazzjoni tiegħek, punteġġ għoli fit-Talent Screener mhux bilfors iwassal għal punteġġ għoli fl-intervista strutturata.
Il-bord ta’ selezzjoni ħares lejn l-applikazzjoni sħiħa tiegħi meta ġie biex jagħtini l-punti fit-talent screener?
Le. Il-Bord ta’ Selezzjoni jagħti l-punti għat-tweġibiet tat-Talent Screener tiegħek ABBAŻI BISS tat-tweġibiet li tipprovdi fit-taqsima tat-Talent Screener tal-applikazzjoni tiegħek.
Għaliex il-punteġġ tiegħi fit-talent screener kien iktar baxx milli stennejt?
Skont il-każistika rilevanti tal-Qorti l-konvinzjoni personali tiegħek dwar kif il-kwalifiki/l-esperjenza tiegħek kellhom ikunu evalwati hija suġġettiva u ma tistax tissostitwixxi l-valutazzjoni tal-Bord ta’ Selezzjoni. Din ma tikkostitwixxix prova inkonfutabbli ta’ żball manifest imwettaq mill-Bord.
Inti responsabbli biex tipprovdi lill-Bord ta’ Selezzjoni bl-informazzjoni kollha li hija meħtieġa biex jivvaluta t-Talent Screener tiegħek, jiġifieri agħti biżżejjed dettalji u wieġeb il-mistoqsijiet kollha.
Elementi differenti jistgħu jispjegaw id-deċiżjonijiet tal-Bord ta’ Selezzjoni dwar l-għoti tal-punti skont il-kriterji ta’ evalwazzjoni stabbiliti minn qabel tal-Bord:
- Id-diploma tiegħek u/jew is-suġġetti koperti mhumiex konformi biżżejjed mal-kriterji stabbiliti minn qabel
- L-esperjenza tiegħek mhix marbuta biżżejjed man-natura tad-dmirijiet speċifikati fl-avviż ta’ kompetizzjoni
- In-natura tal-kompitu tiegħek/it-tip ta’ responsabbiltajiet involuti f’xogħlok (eż. f’termini ta’ livell ta’ baġit jew numru ta’ persuni mmaniġġjati) mhix konformi mal-kriterji stabbiliti minn qabel jew mhix dettaljata biżżejjed fit-tab tat-Talent Screener tal-formola tal-applikazzjoni tiegħek
- It-tul tal-esperjenza professjonali tiegħek mhux speċifikat b’mod ċar (eż. id-dati eżatti tal-bidu u tat-tmiem)
- L-esperjenza tiegħek fil-qasam mhix twila biżżejjed/inkisbet wara d-diploma li tagħti aċċess għall-kompetizzjoni
- Inti weġibt “le” u konsegwentement ma ngħatajt ebda punt għall-mistoqsija/ijiet
- Inti rreferejt għat-tweġiba li tajt għal mistoqsija oħra (il-marki ma jingħatawx diversi drabi għal entrati li jirrepetu l-istess informazzjoni peress li kull esperjenza rilevanti tista’ tingħadd darba biss).
- Fit-Talent Screener tiegħek inti rreferejt għal parti oħra tal-formola tal-applikazzjoni li ma titqiesx għall-iskrinjar
- Inti ma weġibtx il-mistoqsijiet kollha tat-Tab tat-Talent Screener tal-formola tal-applikazzjoni tagħna
Qrajt l-informazzjoni u tixtieq tressaq ilment issa?