Skip to main content
Logo tal-Kummissjoni Ewropea

(CINEA) Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għall-Klima, għall-Infrastruttura u għall-Ambjent

L-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għall-Klima, għall-Infrastruttura u għall-Ambjent (CINEA) hija l-organizzazzjoni suċċessur tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Innovazzjoni u n-Networks (INEA), mill-1 ta’ April 2021. Il-missjoni tagħha hija li tappoġġja lill-partijiet ikkonċernati fit-twettiq tal-Patt Ekoloġiku Ewropew permezz ta’ ġestjoni ta’ programmi ta’ kwalità għolja li tgħin fl-implimentazzjoni ta’ proġetti li jikkontribwixxu għad-dekarbonizzazzjoni u t-tkabbir sostenibbli. Is-CINEA timplimenta partijiet mill-programmi ta’ finanzjament tal-UE għat-trasport, l-enerġija u l-azzjoni klimatika; għall-perspettivi finanzjarji 2021-2027, l-Aġenzija espandiet il-portafoll tagħha ta’ programmi b’enfasi qawwija fuq il-kontribut għall-prijorità tal-Patt Ekoloġiku tal-Kummissjoni Ewropea.

Location
Brussell (il-Belġju)