Skip to main content
Logo tal-Kummissjoni Ewropea

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Fil-Kunsill, li hu bbażat fi Brussell, il-ministri tal-gvern minn kull pajjiż tal-UE jiltaqgħu biex jiddiskutu, jemendaw u jadottaw il-liġijiet, u jikkoordinaw il-politiki. Il-ministri għandhom l-awtorità li jimpenjaw lill-gvernijiet tagħhom biex iwettqu l-azzjonijiet li jkun intlaħaq qbil dwarhom fil-laqgħat. Flimkien mal-Parlament Ewropew, il-Kunsill huwa l-fergħa ewlenija tat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-UE.

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea ġeneralment jirrekluta l-persunal tiegħu permezz ta’ kompetizzjonijiet jew selezzjonijiet miftuħa. Dawn huma organizzati fil-livell interistituzzjonali mill-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal. Xi drabi l-Kunsill tal-UE jimpjega persunal mhux permanenti, taħt l-iskema tal-aġenti kuntrattwali jew temporanji. Dan japplika għall-istituzzjonijiet kollha.

Location
Brussell (il-Belġju)