Skip to main content
Logo tal-Kummissjoni Ewropea

Impriża Konġunta Saħħa Globali EDCTP3

L-Impriża Konġunta Saħħa Globali EDCTP3 (GH EDCTP3 JU) tibni fuq l-ewwel u t-tieni programmi tas-Sħubija għall-Provi Kliniċi bejn Pajjiżi Ewropej u Pajjiżi li qed Jiżviluppaw. Din l-impriża konġunta ġdida hi sħubija bejn l-UE u l-Assoċjazzjoni tal-EDCTP, li l-membri tagħha huma diversi pajjiżi Ewropej u Afrikani.

Din is-sħubija teżisti biex tħaffef l-iżvilupp kliniku ta’ teknoloġiji tas-saħħa ġodda jew imtejba għall-identifikazzjoni, it-trattament u l-prevenzjoni ta’ mard infettiv relatat mal-faqar u mard infettiv ittraskurat, inkluż mard infettiv emerġenti (mill-ġdid). Saħħa Globali EDCTP3 tiffinanzja wkoll attivitajiet għall-bini tal-kapaċità tar-riċerka fl-Afrika, l-appoġġ għall-karrieri tar-riċerkaturi u t-tisħiħ tas-sistemi nazzjonali tar-riċerka dwar is-saħħa.

L-Impriża Konġunta Saħħa Globali EDCTP3 hi stabbilita sa tmiem l-2031 u għandha baġit ta’ €1.6 biljun.

Location
Brussell (il-Belġju)