Skip to main content
Logo tal-Kummissjoni Ewropea

Kif napplika għal impjieg ladarba nkun fil-lista ta’ riżerva?

Iċċekkja l-profil tal-EPSO tiegħek regolarment, peress li l-istituzzjonijiet jistgħu japplowdjaw pożizzjonijiet vakanti, relatati mal-kompetizzjoni(jiet) li tkun irnexxejt fiha/fihom, fi kwalunkwe ħin u jista’ jkun hemm biss perjodu limitat biex tapplika. Mhux se jkun hemm notifika awtomatika meta jiġu ppubblikati pożizzjonijiet vakanti ġodda.  

Meta l-istituzzjonijiet jippubblikaw pożizzjonijiet vakanti, il-buttuna “Uri pożizzjonijiet vakanti” se tidher fuq il-paġna ġenerali tal-Applikazzjonijiet taħt il-kompetizzjoni rilevanti fil-profil tal-EPSO tiegħek. 

Tista’ tapplika għal dawn il-pożizzjonijiet vakanti sakemm tiskadi l-lista ta’ riżerva tiegħek. 

Jekk tapplika għal pożizzjoni vakanti jekk jogħġbok żgura ruħek li int eliġibbli (eż. jekk il-kariga tkun fil-livell AST3, iżda tkun fuq lista ta’ riżerva AST1, mela m’intix eliġibbli), li s-CV tiegħek ikun aġġornat u li ssemmi l-kompetizzjoni rilevanti fl-ittra ta’ akkumpanjament tiegħek

Jekk għandek xi mistoqsijiet dwar l-eliġibbiltà tiegħek, jew kwalunkwe dettall ieħor relatat mal-pożizzjoni vakanti jew mal-proċedura ta’ reklutaġġ, jekk jogħġbok ikkuntattja lis-servizz ta’ reklutaġġ billi tuża d-dettalji ta’ kuntatt fl-avviż tal-pożizzjoni vakanti. 

Jekk jogħġbok ibgħat l-applikazzjoni tiegħek lill-istituzzjoni li qed timpjega biss u mhux lill-EPSO peress li r-reklutaġġ kollu hu mmaniġġjat mill-istituzzjonijiet direttament. 

Jekk qed jiġu applikati kwoti għal-lista ta’ riżerva tiegħek, jaf ma jkollokx aċċess għall-pożizzjonijiet vakanti sakemm jitneħħew il-kwoti. 

Tista’ tkun mistieden għal intervista minn diversi istituzzjonijiet (għal-listi ta’ riżerva miftuħin għal diversi istituzzjonijiet).

Għal raġunijiet prattiċi, il-kandidati jistgħu wkoll jagħmlu eżami mediku qabel ma tittieħed xi deċiżjoni dwar il-ħatra.

Inti għandek id-dritt li tirrifjuta kull offerta, iżda m’hemm l-ebda garanzija ta’ offerta oħra qabel ma tiskadi l-lista ta’ riżerva. 

Għal aktar informazzjoni ara wkoll: Kif jirreklutaw l-istituzzjonijiet mil-listi tal-EPSO?